Il-logħba Nazzjonalista

  • Set 03, 2012 09:38
  • Miktub minn

    Ħaġa ċara fuq xiex qed jaħdmu bħalissa ta’ gonzi-pn: sforzi bla waqfien biex jirbħu l-voti billi jużaw dak li jissejjaħ il-“power of incumbency” – il-poter tal-gvern li jippermettilek “taqdi”. F’din it-tellieqa biex jinxtraw il-voti, kull tattika hi tajba: maħfra fuq multi u taxxi – wegħdi ta’ xogħol – wegħdi ta’ djar – promozzjonijiet u aktar. Kull gvern fl-imgħoddi wettaq manuvri hekk. Biss mill-aħħar elezzjoni u għal din li ġejja, il-logħba ddaħħlet f’fażi ħafna aktar gwappa, bl-użu tal-informatika mis-sorsi kollha tal-gvern, tal-partit u anki tal-privat, biex jiġu identifikati persuni u familji li għandhom jinqdew qabel l-oħrajn jew mal-oħrajn. Mhux ta’ b’xejn li l-personnel imħallsa mill-fondi pubbliċi fis-segretarjati privati tal-ministeri baqgħu jiżdiedu.

    Ikun ukoll qed isir ix-xogħol biex jiġu identifikati n-nies li se jinġabu minn barra ħalli jivvotaw, anki jekk bil-Kostituzzjoni m’għandhomx dritt. L-ingann li bih reġa’ ma sarx tiġdid totali tal-karti tal-identità se jippermetti li dan l-abbuż jerġa’ jitwettaq.

    Kontra din il-logħba anti-demokratika sfortunatament sa issa l-unika protezzjoni hi l-viġilanza kontra abbużi li jkunu tassew sfaċċati.

    Djar tal-anzjani

    Mhux biss ma hemmx pjan ħalli nilqgħu bis-serjetà għaż-żieda fin-numru tal-anzjani. Lanqas jeżisti qafas legali tajjeb ħalli jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-anzjani, u tal-istituzzjonijiet li joffrulhom servizz. Nistħajjel li l-gvern Laburista futur se jkollu ħidma kbira xi jwettaq biex idaħħal il-bidliet li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isiru meħtieġa.

    Per eżempju neħtieġu liġi li tirregola t-twaqqif u t-tmexxija tad-djar tal-anzjani, kemm pubbliċi u kemm privati. B’liġi bħal din, jingħata statut partikolari lil dawn id-djar, u jiġu salvagwardjati d-drittijiet ta’ anzjani li jkunu qed jgħixu fihom filwaqt li jitħarsu l-interessi ta’ min imexxihom. M’hemmx dubju li għal li ġej, it-talba għal residenza f’dawn l-istituzzjonijiet se tkompli tikber.

    Eduardo Nesi

    “Storia della mia Gente” jinqara bħala karba kważi ddisprata: fil-ktieb Edoardo Nesi jirrakkonta x’ġara mill-azjendi tat-tessitura ta’ Prato li nqerdu waħda wara l-oħra matul is-snin disgħin. Fl-2004, familtu kellha tbiegħ il-fabrika li mexxiet għal egħxieren ta’ snin. Nesi jidher li għadu trawmatizzat. Il-fatt li Nesi jaħbat kittieb ta’ ħila jagħmel ir-rakkont tiegħu wieħed speċjali. Biex jifhem l-esperjenza ta’ familtu u tal-belt ta’ Prato, ma jibqax lura milli jitfarraġ mal-kitbiet ta’ Scott Fitzgerald fost l-oħrajn. “Storia della mia Gente” joffri kritika ħarxa tal-ekonomiżmu għami li bih qed tirrombla l-globaliżazzjoni – kritika li ħadd mhu jagħti kasha, anki jekk soċjetajiet sħaħ qed jitmermru mill-għeruq. Safrattant “Storia...” rebaħ il-Premio Strega tal-2011.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1