Nofs kedda

  • Aww 29, 2012 21:56
  • Miktub minn

    L-ironija politika li qed ngħixu hi li r-“riformi” soċjali li qed jiddaħħlu mhumiex isiru b’konvinzjoni, b’rieda biex il-bidla lejn strutturi moderni ssir skont viżjoni u pjan ta’ twettieq. Minflok, il-gvern ta’ gonzi-pn (li jrid jibqa’ mkaħħal sal-aħħar u akkost ta’ kollox mas-siġġu tal-poter), qed jara kif jillipazza ma’ deputati tiegħu li huma wkoll, jidhru mnebbħa minn doża sħiħa ta’ ċiniżmu.

    B’hekk ħarġulna żewġ abbozzi nejja ta’ liġijiet ippubblikati – wieħed dwar il-koabitazzjoni, l-ieħor dwar il-fertiliżazzjoni “in vitro” – mibnija fuq kompromessi moħbija u mudlama, l-istess kif ġara fil-każ tad-divorzju. Hemm min jgħid li jekk hu b’dan il-mod biss li l-istrutturi soċjali konservattivi ta’ pajjiżna jistgħu jinbidlu, mela m’hemmx x’tagħmel: l-aqwa li jinbidlu.

    Dejjem emmint li l-aħjar mod ikun bi gvern Laburista li jgawdi maġġoranza parlamentari stabbli, li wara dibattitu pubbliku wiesgħa u ħieles, jimpenja ruħu biex iwettaq il-bidla. Hekk kien ġara, jew kważi, fis-snin sebgħin bid-dħul tal-liġi taż-żwieġ ċivili u meta atti omosesswali ma baqgħux jitqiesu bħala delitti.

    Anzjani

    Ironija oħra: minkejja l-ħafna diskors li nisimgħu dwar l-importanza taż-żgħażagħ, ir-realtà hi li ż-“żgħażagħ” resqin biex isiru minoranza assoluta fil-pajjiż. Dan ma jirriflettix ruħu biss fid-dilemmi dejjem jikbru dwar il-futur tal-pensjonijiet. Qiegħed jinħass ukoll fil-mod kif jiġu ssettjati għażliet politiċi kurrenti, kif qed jiżviluppaw l-opportunitajiet għal xogħol ġdid, u kif qed jiġu organizzati l-faċilitajiet għall-ħarsien tal-anzjani bir-riżorsi li dawn se jkunu qed jirrekjedu.

    Kieku għandna gvern serju, kieku lesta pjan nazzjonali dwar din l-isfida, imsejjes fuq tbassir dwar kif se jinbidlu l-bżonnijiet soċjali tul mill-anqas għaxar snin. Fil-Parlament, il-Ministru tas-Saħħa ftaħar li l-gvern għandu dan il-pjan. Stedintu jpoġġieh fuq il-Mejda tal-Kamra. Minflok ippreżenta tlabliba qasira dwar kif il-gvern jieħu kull opportunità li tiġih biex jiftaħ djar għall-anzjani.

    Marikana

    L-isem ta’ Marikana fl-Afrika ta’ Isfel sar wieħed ta’ għajb: f’dal-post mimli tbatija u faqar, ġew maqtula 44 ħaddiem fil-minjiera tal-platinju mmexxija mill-kumanija Lonmin. Il-pulizija sparat u qatlet xi 34 mill-vittmi. L-istrajk li kien għaddej baqa’ ma ntemmx. Igħidulna kif jeżistu ħafna fatturi li wasslu għall-konflitt li nqala’, fosthom tensjonijiet bejn unjin ġdida u militanti, u l-unjin antika li kienet drat taħdem mill-qrib mas-sidien tal-Lonmin. Kull ma riedu l-ħaddiema kien trattament aħjar; u kontra dak li talbu, kellhom it-tweġiba tas-soltu: m’hemmx minn fejn.

    Dnub kbir li wara li spiċċa l-apartheid mill-Afrika ta’ Isfel, tħalla jseħħ massakru bħal dan li jfakkrek fl-agħar snin ta’ dik is-sistema inumana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0