ĦADDIEMA

  • Mej 01, 2014 11:50
  • Miktub minn

    Għalija l-1 ta’ Mejju jibqa’ Jum il-Ħaddiem. Fl-imgħoddi nett meta kont zgħir, kienu jgħidulna li kien Jum San Ġuzepp Ħaddiem. Dejjem rajtha stramba dil-ħaġa; u kien għadu ż-żmien meta l-kelma ħaddiem kienet għadha moda.

    Illum, id-data titħallat mal-anniversarju tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Jistaqsuni jekk wara li għaddew għaxar snin, għadnix nemmen dak li kont nemmen fih għaxar snin ilu. It-tweġiba hi ovvja: il-vizjoni tiegħi ta’ għaxar snin ilu għal Malta llum, kienet ta’ pajjiz u komunità ekonomikament u soċjalment aktar fiduċjużi fil-futur, aktar avvanzati u aktar moderni milli aħna issa. Imma nibqa’ nirrispetta l-għażliet tal-poplu.

    Għalhekk għalija l-aqwa tifsira tal-1 ta’ Mejju hi ta’ jum li fih niċċelebraw il-ħolqien tax-xogħol bħala ħidma umana li tipprovdi għajxien xieraq, toffri prospetti ta’ ħajja aħjar, u ssostni lill-individwu-ħaddiem bħala l-pern ta’ kull ħidma.

    Ix-xogħol qiegħed għall-bniedem, mhux il-bniedem għax-xogħol.

    NAXXAR

    Publiku numeruż attenda għal-laqgħa “Taħt it-Tinda” li organizza l-Partit Laburista. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ta tifsira interessanti u luċida tal-miżuri li qed jittieħdu biex isostnu r-rankatura ekonomika. Hemm sinjali li dawn il-miżuri qed jirnexxu diġà. Saret ukoll diskussjoni li ili ftit ma nisma’ bħalha dwar il-valuri li għandhom jiggwidaw kemm lill-ħaddiema li jfittxu x-xogħol u kemm lil min jimpjegahom.

    F’dawn l-aħħar snin, saret tintrigani id-differenza fil-fehmiet. Uħud li jfittxu x-xogħol jirrapportawlek kif il-kondizzjonijiet offruti lilhom huma tant miżeri li ma jsibu l-ebda skop filli jaċettaw l-offerta ta’ xogħol li ssirilhom.

    Min-naħa tagħhom, sidien li jsostnu li joffru ħlas tajjeb u kondizzjonijiet serji, jgħidulek li ma jsibux żgħażagħ Maltin lesti jidħlu għax-xogħol li qed joffru. Ma jistax ikun li t-tnejn għandhom raġun.

    Jeħtieġ li s-suq tax-xogħol f’pajjiżna jsir aktar trasparenti biex insiru nafu eżatt kif inhi s-sitwazzjoni.

    Għax sadattant qed jiżdied ix-xogħol prekarju. U żdiedu fostna ħaddiema barranin mill-Unjoni Ewropea li jidhru sejrin tajjeb f’impjiegi li kont nimmaġina li l-Maltin setgħu daħlu għalihom.

    PUBLIJU

    Il-festa ta’ San Publiju fil-Furjana dejjem serviet bħala s-sinjal li mhux biss ir-rebbiegħa daħlet sew, imma li l-istaġun tal-festi wasal biex jitlaq. Mhux dejjem stajt nattendi għall-funzjonijiet li jsiru fil-lokal imma d-dehra tal-armar u t-tizjin fi Triq Sant’Anna kienet tkun biżżejjed biex tiskatta dak is-sinjal.

    Dil-ġimgħa talanqas sibt ħin għal riċeviment simpatiku fiċ-ċentru Laburista tal-Furjana. Barra milli ġeddidt memorji ta’ laqgħat oħra f’dak il-post matul is-snin, ma’ ħbieb qodma li erġajt iltqajt magħhom hemm, ftakarna wkoll fi ħbieb Furjaniżi oħra li ma setgħux ikunu aktar magħna.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Mej 02, 2014

    "il-vizjoni tiegħi ta’ għaxar snin ilu għal Malta llum, kienet ta’ pajjiz u komunità ekonomikament u soċjalment a

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 03, 2014

    Lill-Ex PN ng

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 03, 2014

    Kemm ghandek opinjoni zbaljata dwar Dr San, sur EX -PN. Ghax ma tghidx li kien ragel u ma nehha lil had mill-amministrazzjoni tal-PN precedent ghal dik li kien qed imexxi hu, u minn fuq, flok grazzi sab hafna ostakli. Ara jekk

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 04, 2014

    Jiena lil Dr Alfred Sant ftit li xejn nafu perso

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 05, 2014

    L-Ewwel ta' Mejju kien, ghadu w jibqa&

    Irrispondi
  •  

Facebook