RIFORMI

  • Apr 27, 2014 15:55
  • Miktub minn

    It-tifsira tal-kelma “riforma” (kif ukoll tal-ħidma li tagħti lok għal riforma), spiċċat żvalutata għalkollox fis-snin tal-amministrazzjoni Nazzjonalista. Kull bidla żgħira jew kbira, l-aktar fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, bdiet tissejjaħ “riforma” – anki jekk fil-fatt kienet tkun pass lura, lejn strutturi ta’ mġiba li kienu jgħoddu biss fl-imgħoddi.

    Mentri riforma għandha tfisser bidla mill-qiegħ fit-tmexxija u fl-għarfien soċjali. Biex titwettaq, teħtieġ rieda politika u soċjali qawwija li tinsisti ħalli ċittadini, ażjendi privati u organizzazzjonijiet tal-gvern jaġixxu b’mod li jkun differenti minn qabel, jekk mhux ġdid. Bla dubju, fil-biċċa l-kbira tal-każi, ir-riforma se jkollha tilqa’ għal reżistenza kbira mingħand dawk li mhumiex jifhmuha u mingħand dawk li ma jaqblilhomx li sseħħ, għax imorru tajjeb sew minn kif qed jiġru l-affarijiet.

    Barack Obama, jekk niftakar tajjeb, kien sostna li biex riforma titwettaq b’suċċess, trid timmobilizza favur tagħha koalizzjoni ta’ dawk li huma “lesti” għaliha.

    Biss ta’ spiss, riforma qawwija u ġenwina se timmobilizza wkoll koalizzjoni oħra, ta’ dawk li jinsabu kontriha u li mhumiex “lesti”. Huma se jagħmlu minn kollox biex iħarbtuha u jeqirduha.

    Obama nnifsu skopra dil-ħaġa meta daħħal ir-riforma tal-assigurazzjoni għall- kura tas-saħħa għal kulħadd fl-Istati Uniti – riforma meħtieġa u soċjalment ġusta. Imma għadha sal-lum taħt attakk.

    Ukrajna

    Il-ġrajjiet li qed iseħħu fl-Ukrajna saru anqas u anqas trasparenti. Aħna li ninsabu barra l-pajjiż – u forsi anki dawk li jinsabu fih – ma tantx nistgħu nagħrfu min hu responsabbli ta’ xiex. L-akkuzi li jsiru minn naħa u minn oħra huma serji. Ta’ spiss jidher li hemm provi materjali biex jikkonfermawhom. Ċerti inċidenti jagħtu lok għal provokazzjoni li tista’ tisplodi fi vjolenza. Forsi dak ikun il-ħsieb ta’ min iwettaqhom.

    It-theddida li tfaqqa’ gwerra donnha qed tiżdied ma’ kull jum li jgħaddi. U dan fil-qalba tal-Ewropa.

    Bandli

    Nhar il-Ħadd li għadda s-suq ta’ Marsaxlokk baqa’ magħluq. Kien Jum Marsaxlokk, meta jinżammu ċerimonji lokali fejn in-nies tiltaqa’ fost briju ta’ baned, tinfetaħ xi faċilità ġdida u ċittadini distinti tal-post jingħataw ġieħ mill-kunsill lokali.

    Kien jum sabiħ, qisu bbalzmat b’xemx fietla. Max-xatt fuq il-bankini wiesgħa, ir-ristoranti kienu fetħu l-umbrelel u l-imwejjed skjerati, jistennew il-klijenti aktar tard. It-turisti ma naqsux.

    Sħabi u jien imxejna sat-tarf tal-bajja fejn kienet għadha kemm ġiet inawgurata medda attrezzata tajjeb bil-bandli u logħob ieħor għat-tfal. Dawn kienu diġà akkapparraw il-post.

    Minkejja l-isfreġji ta’ natura industrijali li sarulu matul is-snin, Marsaxlokk għadu raħal mill-isbaħ.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Apr 28, 2014

    L-Ukrajina hija l-ikbar ezempju ta x'jigri meta tithalla minoranza barranija fil-pajjiz specjalment meta tithalla tikber. Ezempji ohra

    Irrispondi
  •  

Facebook