TNEDIJA TA’ KAMPANJA

  • Apr 21, 2014 09:09
  • Miktub minn

    Il-bidu tal-kampanja uffiċjali tal-partiti ewlenin għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew timmarka fażi oħra tat-tellieqa, fil-fatt l-aktar fażi importanti. Sa issa, tqajmu dibattiti li kellhom x’jaqsmu l-aktar mal-politika lokali ta’ Malta u ftit dwar għażliet Ewropej. L-istess jista’ jingħad għal dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra.

    Wieħed jistenna li fil-ġimgħat li ġejjin, l-argumenti se jibqgħu ffokati l-aktar fuq xinhu għaddej fil-pajjiż, aktar milli x'inhu għaddej fl-Ewropa. Nara li din tista’ tkun konferma ta’ punt li ili nisħaq fuqu: l-Ewropa hi għaqda ta’ nazzjonijiet u minn hekk trid titlaq, inkella ma tista’ tkun xejn.

    Biss, hemm ħtieġa li l-għażliet Ewropej jitpoġġew quddiem il-popli b’mod li jkunu jistgħu jagħzlu dwarhom u dwarhom biss.

    SMIGĦ

    Ingħatajt rendikont tad-diffikultajiet li persuna bi problemi tas-smigħ tiltaqa’ magħhom u ta’ kif dawn mhumiex rikonoxxuti biżżejjed. Għal uħud li jiddependu ħafna mill-“cochlear implant”, apparat li bih is-smigħ tagħhom jiġi mtejjeb, jeżisti l-periklu li jekk dan jitħassar fi tmiem il-ġimgħa, jibqgħu mitlufin għal jiem sħaħ. Ma hemmx servizz ta’ tiswija fi tmiem il-ġimgħa.

    Sadattant, f’bini pubbliku bħal skejjel u Università, huma nieqsa sistemi (relattivament irħas), biex imewtu ħsejjes li jolqtu ħażin li min ibati mis-smigħ.

    Fl-edukazzjoni wkoll, jeħtieġ għarfien akbar tal-problemi li jaffaċċjaw fl-istudji tagħhom tfal u żgħażagħ nieqsa mis-smigħ. Ingħidu aħna, anki l-vokabularju li jintuża fis-Systems of Knowledge jista’ jiġi mfassal aħjar biex jilqa’ għalihom.

    Għandna nagħtu widen għal osservazzjonijiet bħal dawn.

    GARCIA MARQUEZ

    Miet mingħajr ma stenna li jagħlaqlu ċ-ċentenarju. Ħalla warajh lil ħabibu Castro, xiħ daqsu jew forsi aktar, u lilna lkoll. Bil-maġija ta’ kitbietu li qiesha bħala l-libsa naturali tar-realiżmu, dawwal għall-qarrejja tal-ġenerazzjoni tiegħi u ta’ warajna u forsi ta’ wara warajna, il-mod kif nagħrfu l-ħajja u l-mewt, kif fis-solitudni nrawmu l-miti biex insibu tifsira għall-istinkar li nistinkaw waqt li ngħixu u nitgħażżnu.

    Ismu ma’ dak ta’ Vargas Llosa, Jorge Amado u Carlos Fuentes u ta’ oħrajn ukoll imma l-aktar tiegħu, kien jixgħel għalina bis-seħer tal-Amerika Latina li dejjem ridna nżuru mingħajr ma rnexxielna.

    Illum hemmhekk, kif jgħidulna, kittieba oħra telqu b’ambizzjonijiet ġodda. U hekk għandu jkun.

    Imma l-ħrejjef tiegħu xorta baqgħu ħajja. Għax minkejja l-kolera, il-ħajja – jew l-imħabba, kif kien isejħilha hu – tibqa’ għaddejja, anki meta l-mewt imbassra fl-aħħar isseħħ.

    Forsi għalhekk li meta smajt bl-aħbar ta’ mewtu, mistoqsija tambret f’moħħi, naħseb minn xi kanzunetta ta’ Freddie Mercury... jekk qed niftakar tajjeb: Min irid jibqa’ jgħix għal dejjem – jew għal mitt sena?

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Apr 21, 2014

    Dr Sant, it-tnedija tal-kampanja, anzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 22, 2014

    Hemm bzonn li jekk vera ahna konvinti mil principji xellugin u socjal demokratici taghna niqfu darba ghal dejjem nitkellmu b'mod negattiv fuq dawn hutna l-afrikana.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 22, 2014

    Franco l-ghajnuna li ghandhom bzonn jehduha minghand huthom stess fl-Afrika mhux qed jinvaduna u jsibu xi wiehed bhalek li jiddefendihom mink

    Irrispondi
  •  

Facebook