PROĠETTI ĠODDA

  • Apr 13, 2014 16:11
  • Miktub minn

    Żjara li għamilt f’ċentru fejn ikabbru u jħarrġu falkuni u tajr ieħor tal-priża lejn is-Siġġiewi reġgħet fakkritni kemm hu meħtieġ li niżviluppaw u nagħtu appoġġ lil proġetti ġodda li jservu biex jivvalorizzaw il-“prodott” Malti.

    Domna biex nifhmu kif l-ambjent pjaċevoli tal-gżejjer Maltin, li joffri sigurtà, klima sabiħa u ħajja kwieta, jista’ jsir l-aqwa vantaġġ biex inressqu lejna investimenti u impjiegi ġodda. Irridu nagħrfu nżewquh issa bi proġetti li jkabbru l-interess ta’ żjara f’Malta.

    Fiċ-ċentru tal-falkunerija tiltaqa’ ma tajr tal-priża mgħallem biex jiġi jiekol minn idek (magħluqa f’ingwanta kbira biex id-dwiefer jaqtgħu tat-tajra ma jidħlux f’laħmek),. Fl-istess ħin, tista’ tammira għadd sabiħ ta’ tajr kbir, kollha mfaqqsa fil-gaġeġ u miżmuma b’mod impekkabbli.

    Ftakart fil-proġett tal-Malta Limestone li wkoll joffri żvog ta’ nofstanhar madwar tema li torbot mal-għajxien f’Malta llum, u li jipprovdi tagħrif dwar il-ħajja kif kienet tingħex ilbieraħ.

    Proġetti bħal dawn ikabbru l-interess tat-turiżmu f’Malta b’mod li ħaddieħor ftit jista’ jikkompetilna fuqu. Jorbot ma’ elementi li huma essenzjalment Maltin.

    Privatezza

    Qbilt ħafna mal-konsiderazzjonijiet li tqajmu fl-editorjal tal-“Malta Today” tal-Ħadd 13 ta’ April, dwar kif qed jiġu rapportati l-proċeduri legali li għaddejja fil-qrati dwar il-każ traġiku ta’ Ħad-Dingli.

    Hu mistenni li f’demokrazija moderna, il-midja jkollhom aċċess sħiħ għal xi jkun għaddej fil-qrati u jkollhom il-ħelsien sħiħ biex jirrapportaw dak li jintqal.

    Min-naħa l-oħra, it-tperriċ ta’ fatti u inċidenti li jkunu ġraw, speċjalment fid-dettalji tagħhom f’ċerti każi delikati, bilfors iqanqal riservi u dwejjaq liema bħalhom fost dawk li jaqrawhom.

    Tħossok imdarras bil-ħtieġa li fl-interess tat-trasparenza, se nkomplu bħala soċjetà ngħabbu lill-familji konċernati b’aktar uġigħ milli diġà jkunu qed isofru minnu.

    M’hemmx soluzzjoni faċli għal dilemmi ta’ din ix-xorta. Tal-“Malta Today” għamlu tajjeb li jqanqluhom.

    Vari

    F’dan iż-żmien, il-wirjiet li jkunu għaddejja ta’ vari li għandhom x’jaqsmu maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid saru parti mit-tradizzjonijiet “moderni” tagħna. Jagħtu wkoll xhieda ta’ kif il-prattika reliġjuża Kattolika baqgħet qawwija fostna.

    Nieħu gost inżur dawn il-wirjiet. Peress li ma tistax iżżurhom kollha, trid tagħżel minn hemm u minn hawn, bis-sogru li triegħex lil min ma tlaħħaqx iżżur.

    Kif naraha jien, jeżistu żewġ tipi ta’ wirjiet: dawk li jittellgħu fuq livell ta’ organizzazzjoni lokali, marbuta mal-banda tal-post jew mal-kunsill parrokkjali, pereżempju; u dawk li jinħadmu minn individwi jew familji fuq inizjattiva personali tagħhom.

    Kollha ssib li għandhom tal-anqas xi ħaġa waħda differenti ta’ interess, li tiddistingwihom.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook