KANDIDATURA

  • Apr 10, 2014 08:55
  • Miktub minn

    L-Erbgħa filgħodu ddepożitajt il-kandidatura għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju. Għalija kien mument sinifikattiv: l-aħħar li kkandidajt ruħi b’dal-mod kien għall-elezzjoni ġenerali tal-2008 – diġà sitt snin ilu.

    Wara l-Prim Ministru Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, issuġġerieli noħroġ għall-elezzjoni Ewropea tal-2009. Kont għadni fi tmiem marda, kont ngħożż il-mandat ta’ deputat Malti, u ppreferejt nibqa’ fil-ġenb. Fis-snin ta’ wara, bil-kriżijiet fiż-żona tal-ewro u l-bqija tal-Unjoni Ewropea, l-iżviluppi Ewropej reġgħu ħadu interess politiku enormi għal pajjizna. Issa, rajtha mira siewja li nitlob il-fiduċja tal-poplu Malti ħalli nirraprezentah fil-Parlament Ewropew.

    Ili nsegwi mill-qrib x’jiġri fl-Unjoni Ewropea mill-bidu tas-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor. Il-ħames snin li ġejjin jafu jkunu kruċjali, b’effetti Ewropej li se jolqtuna bil-kbir. L-effetti tas-sħubija għaxar snin ilu wkoll għadhom jolqtuna bil-kbir.

    NEGOZJI ŻGĦAR

    Fuq One TV ħadt sehem fi programm ta’ diskussjoni mmexxi minn Simone Cini u Manwel Micallef dwar in-negozji ż-żgħar. Tassew hu meħtieġ li dan is-settur jingħata attenzjoni. Bosta donnhom jinsew kemm is-self employed iż-żgħar (biex nagħtihom il-kelma li mdorri nuża għalihom), huma sinsla tal-ekonomija tagħna. Il-parteċipanti l-oħra fil-programm kienu ta’ livell għoli ħafna u ħadt gost nismagħhom jitkellmu.

    Jidhirli li ma nistgħux niddiskutu n-negozji ż-żgħar qishom jaqgħu kollha taħt l-istess kappa. Hemm uħud minnhom li għalkemm żgħar sew bil-kejl Ewropew, għalina huma ta’ daqs mezzan (ngħidu aħna dawk li jimpjegaw mal-50 ruħ jew aktar),. Hemm imbagħad il-ħafna negozji żgħar li jikkonsistu f’persuna waħda.

    Terġa’, skont is-setturi ekonomiċi differenti, il-problemi li jaffaċċjaw in-negozji jvarjaw qatigħ. Fil-bejgħ bl-imnut l-isfidi huma differenti sew minn dawk fl-oqsma tal-biedja, tat-tindif jew tal-kura tal-anzjani.

    L-inċentivi li qed iħaddem il-gvern Laburista huma eċċellenti. Biss fiż-żmien li ġej, se jkun hemm bżonn ta’ analiżi serja ta’ kif u fejn jista’ jwassal is-settur tas-self employed. Għadu jġorr il-konsegwenzi kollha tad-deċiżjoni li ttieħdet għaxar snin ilu biex Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea.

    RADJODRAMMI

    Jidher li qed jitwettaq proġett biex radjodrammi jixxandru fuq is-servizzi pubbliċi tar-radjo. Din hi inizjattiva ta’ min ifaħħarha. Dnub li fl-aħħar erbgħin sena l-produzzjoni tar-radjodrammi nixfet fuq iz-zokk. F’pajjiżi ewlenin Ewropej, fuq quddiem nett il-Ġermanja, ir-radjodramm għadu mitqies bħala prodott artistiku ta’ preġju.

    Fil-fatt iservi biex iħarreġ kittieba, diretturi u atturi fis-sengħa tad-drama u jekk jintuza tajjeb, jista’ jopera b’mod ekonomiku imma effettiv. Ilu ħafna, il-produzzjoni tar-radjodrammi kienet tgħin fit-tħejjija ta’ idjoma teatrali Maltija. Xieraq li dan l-ispazju jerġa’ jingħata lura lil dawk li juru interess fit-teatru, fil-forom kollha tiegħu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Apr 10, 2014

    Prosit Dr Sant. Bniedem serju u honest bhalek ma hawnx. Se nivvotalek ghall MEP bil-qalb ghax kompetenti u thobb lil Malta l-ewwel u fuq kollox.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 11, 2014

    warajk bil-qalb.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 11, 2014

    L-ewwel dawk li jridu johorguna mill-UE, warajhom dawk li ma jridux klandestini, imbghad inkomplu fuq l-ohrajn.

    Irrispondi