MINORANZI

  • Apr 06, 2014 16:38
  • Miktub minn

    Ċittadin li kont qed inżur f’daru l-Buskett qalli: Iddefendi l-minoranzi.

    Diskorsu laqatni. Qed jitqanqal ċertu biża’ fost minoranzi f’pajjiżna. Minkejja l-impenn tal-gvern Laburista biex ipoġġi fuq sisien qawwija d-drittijiet ta’ minoranzi, il-biża’ llum hu li dan kollu jista’ jinqaleb ta’ taħt fuq.

    B’vot “popolari”, titwettaq ir-rieda ta’ maġġoranza li mhix kuntenta bl-ispazju fis-soċjetà nazzjonali li l-minoranzi għandhom jew qegħdin jingħataw. L-ispazju jitneħħa jew jiċċekken.

    Daqskemm hi tajba d-demokrazija, daqshekk ieħor tista’ sservi ta’ għodda biex issaħħaħ mekkaniżmi ta’ oppressjoni. Trid “tintuża” b’galbu.

    Għalhekk il-ħtieġa ta’ demokrazija fejn jitwaqqfu liġijiet li japplikaw għal kulħadd b’mod ġust u li jiġu mħaddma bil-fier.

    Aktar minn hekk, hu meħtieġ apprezzament ta’ kif, f’demokrazija rappreżentattiva – bħal ma hi tagħna – għandu jinżamm limitu ċar dwar kif ċittadini jistgħu jiċċaħħdu mit-tgawdija ta’ drittijiet jew użanzi mitqiesa bħala minoritarji.

    Saħħa

    Wisq nibża’ li fil-qasam tas-saħħa, bir-rieda tajba biss, mhux se jkun possibbli li jitwettqu riformi mill-qiegħ, kif hemm bżonn.

    Dan hu qasam fejn għal snin twal, sar sparpaljar kbir ta’ riżorsi (m’inix se ngħid kif u għaliex),. Ittieħdu u twettqu għażliet inkredibbilment imgħawġa. L-investiment meħtieġ waqa’ lura – waqt li dak li twettaq, f’ħafna każi, inħala.

    L-ippjanar jew kien ineżistenti jew totalment żbaljat. L-operat tħalla jitqal u jitħawwad, sakemm it-toqol u t-taħwid saru jitqiesu bħala stat ta’ fatt “naturali”. It-tmexxija maniġerjali ftit li xejn tħalliet tiddaħħal. Sadattant, ma jidhirx li hemm wisq minn fejn jista’ jsir aktar investiment.

    Fuq kollox, hu qasam li suppost hu b’xejn għal kulħadd; mentri mhux veru.

    Biex tirriforma dan kollu, ma jeżistux soluzzjonijiet sempliċi u “mbissma”.

    Godfrey u Franco

    Il-politika taf tissarraf f’ħidma iebsa u kiefra. Xi kultant, qisha r-rota tal-fortuna kif kienu jfissruha fil-Medju Evu.

    Iqumu eżiġenzi għal min qed imexxi li mhux kulħadd jifhem. Xorta, dawk li jintlaqtu mid-dawrien tar-rota jimmeritaw kull appoġġ, anki minn dawk bħali li jibqgħu jagħtu appoġġ sħiħ lid-deċiżjonijiet tat-tmexxija.

    Lil Godfrey Farrugia dejjem sibtu raġel ta’ simpatija kbira, ġenwin u dirett f’imġibtu. Sirt nafu bħala sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn wettaq xogħol eċċellenti. Ir-riżenja tiegħu mill-Ministeru tas-Saħħa bl-ebda mod ma ċċajpar il-kwalitajiet kbar tiegħu li ninsab konvint, fil-futur se jibqgħu riżors kbir għall-gvern u l-pajjiż.

    Sa minn meta sirt nafu, Franco Mercieca impressjonani bil-ħeġġa tiegħu dwar kif għandhom jittieħdu d-deċizjonijiet f’oqsma bħas-saħħa u l-edukazzjoni terzjarja. L-impenn tiegħu favur ħidma effettiva fl-interess tal-familji dejjem qiestu qawwi. Anki hu għad baqagħlu kontribut kbir x’jagħti.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Apr 07, 2014

    Dr Sant, jekk qed tghid ghall-klandestini ibqa cert u aqta jiesek ghax dawn QATT ma se jigu accettati f'Malta ghax ma rriduhomx hawn.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 07, 2014

    Sur Sant

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 09, 2014

    Wiehed mill-grupp ta’ minoranza huwa bla dubju dak ta’ l-anzjani. Qed nghid ‘bla dubju’ ghax hawn min isostni li l-anzj

    Irrispondi