Referendum

  • Apr 03, 2014 13:28
  • Miktub minn

    Qatt ma kont favur is-sistema ta’ politika mħaddma permezz tar-referendum (ħlief forsi fl-Iżvizzera, fejn ilha istituzzjonalizzata u għalhekk x’aktarx li titmexxa b’mod ġust),. Imma f’demokraziji parlamentari, ta’ spiss issib li r-referendum jintuża l-aktar bħala għodda biex timmanipula l-opinjoni publika.

    Effettivament, referendum jista’ jintuża biex jiġu imposti liġijiet jew regoli li jmorru kontra l-interessi ta’ din jew dik il-minoranza. Aktar u aktar jekk mezzi ta’ persważjoni jkunu qed jintużaw minn sorsi moħbija ta’ poter biex jimbuttaw lejn ċerti riżultati.

    Kif naraha jien, f’sistema parlamentari rappreżentattiva, proposti politiċi ta’ bidla għandhom jitwettqu minn gvern li jkun ġie elett mill-poplu skont programm ta’ ħidma li jkun ippreżenta minn qabel b’mod pubbliku. B’hekk iċ-ċittadini jiġġudikaw kemm il-proposti li jsiru jagħmlu sens u kemm ikunu koerenti ma’ xulxin.

    Kif qed jiġri f’pajjiżna bħalissa, ir-referendum jista’ jsir mezz ħalli parti mis-soċjetà tieħu s-sopravvent fuq parti oħra. B’hekk, għodda li tidher għal ħafna bħala waħda demokratika, tispiċċa parti minn tattika f’konfront sterili jekk mhux ukoll vendikattiv.

    Għalhekk ukoll ma naqbilx mal-użu tar-referendum fit-tmexxija politika tagħna.

    ***

    Elezzjonijiet fi Franza

    Id-diżastru elettorali tas-soċjalisti fl-elezzjonijiet muniċipali ta’ Franza x-xahar l-ieħor wera sew kemm il-Franċizi huma diżillużi bil-politika ekonomika u soċjali li qed tiġi segwita f’pajjiżhom. Francois Hollande tela’ bil-wegħda li se jibdel il-linja ekonomika ħalli jagħti nifs ta’ ħajja aħjar lill-familji. Minflok, spiċċa jwettaq politika li mhix wisq bogħod mill-awsterità li kien jitkellem kontra tagħha. Hu jsostni li mhux hekk qed jagħmel. Jidher li parti sostanzjali mill-elettorat soċjalista mhix taqbel miegħu.

    Meta tħares mill-qrib lejn il-qagħda ta’ Franza u tikkonsidra x’seta sar differenti, x’aktarx issib li fiċ-ċirkostanzi attwali Holande ftit kellu alternattivi. Dan jekk tqis kif Franza, bħall-pajjizi l-oħra Ewropej, trid tirrispondi għall-isfida ekonomika tal-globalizzazzjoni waqt li tobdi r-regoli ta’ tmexxija li huma viġġenti fiż-żona ewro.

    Jiġifieri l-istess tip ta’ dwejjaq bħalma wrew il-Franċiżi bil-gvern tagħhom, x’aktarx li jinstab f’pajjiżi oħra.

    ***

    Ibiża

    Lil Ibiza, il-gżira Spanjola magħrufa bħala l-mekka tat-turizmu u d-divertiment, għadha kemm messitha xorti mill-isbaħ. Fiż-żona tagħha, instab iż-żejt fi kwantitajiet impressjonanti. Għandu jagħmel lin-nies tal-post sinjuruni.

    Madankollu, minflok ferħ u ċelebrazzjonijiet, qed iqum dissens kbir. X’se jiġri mit-turiżmu tagħna? – hekk qed jistaqsu ħafna li jaħdmu f’dan is-settur. Jinsabu mbeżżgħa, u bir-raġun, li s-sejba taż-żejt se twassal biex il-gżira tagħhom titlef il-fama turistika tagħha billi ssir maħżen industrijali. Ma tlumhomx.

    Minflok jifirħu biż-żejt “tagħhom”, in-nies ta’ Ibiża qed jibżgħu li se jeqirdilhom l-għajxien.

    (alfredsant.org),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Apr 03, 2014

    Referendum Bir-rispett kollu ma naqbilx. Bhala ezempju, il-poplu ghandu dritt li jkollu referendum iehor fuq jekk Malta ghandhiex tibqa' membru fl-Unjoni Ewropea meta l-qbil tal-poplu sar minhabba l-gideb u t-theddid li kien hem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 03, 2014

    Tiftakar sur sant meta kont ghedt lil popular malti li r-referendum ta lewropa kont rbahtu ??

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 04, 2014

    @gojja......mhux bilfors jekk beda jghodd lil min astjena mal- LE meta l- IVA kienet rebhet b' izjed minn 19,000........jien ma nafx x' guts ghandhom jivvotawlu krucjata bhal dik biex ma nidhlux. Veru kaz ta min imaqdar irid jixtri!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 04, 2014

    Marco ghamel kif kienu ghamlu n-Nazzjonaisti u l-Gvern Ingliz fir-referendum tal-integration. Sewwa jghidu ta li kieku l-gemel jara hotobtu jaqa' u jmut zoptu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 04, 2014

    Niftakar ghax dak li ghamel lilu nnifsu president kien ried li l-maggoranza tal-poplu kollu jivvota u ma jivvotax. Ghalhekk ma kellux il-maggoranza li ried hu. Ahna il-Maltin ta' vera ser nivvotaw ghal dawk li Malta tigi l-ewwl u qabel kollox.

    Irrispondi
  •  

Facebook