Ħelsien

  • Mar 31, 2014 09:20
  • Miktub minn

    Jum il-Ħelsien qatt ma kien popolari ħafna, lanqas fost dawk li l-aktar ferħu bih. Malajr il-lingwaġġ li bih tfisser u nkiseb il-ħelsien beda jitqies antikwat. Dan l-effett ikkarga fil-lanja li biha Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea.

    Mentri l-mument meta l-forzi militari barranin kollha rtiraw minn pajjiżna hu wieħed minn tnejn li bihom twettqet il-ħolma ta’ Malta bħala gżira ċkejkna u kapaċi li tieħu r-riedni tad-destin tagħha f’idejha. Il-mument l-ieħor kien il-kisba tal-Indipendenza fl-1964. “Legalistika” kemm kienet, xorta waħda dik il-kisba mmarkat punt ta’ bidla radikali fl-istorja ta’ pajjiżna.

    Id-dnub kien li l-Indipendenza u l-Ħelsien sfaw mitlufa f’mitoloġiji ta’ konfront politiku (jew partiġġjan),. B’hekk ġara li t-tnejn qatt ma nħassu bħala l-pendent neċessarju fiċ-ċirkostanzi tagħna, ta’ xulxin.

    Bejn l-1964 sal-1979 sal-2004, Malta għaddiet minn żmien li qatt ma għaddiet bħalu qabel u li forsi qatt mhu se jirrepeti ruħu. Żmien li matulu setgħet tgħid li politikament kellha kulma teħtieġ biex iżżomm rajha f’idejha. Żmien li ntemm b’deċiżjoni tal-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.

    ***

    Federaliżmu

    Jekk l-għajta favur “aktar Ewropa” titħalla ssir għajta għal strutturi federali fl-Unjoni Ewropea, it-tensjonijiet politiċi fis-snin li ġejja x’aktarx li jiżdiedu.

    L-istaġnar ekonomiku fil-kontinent Ewropew ma jidhirx li se jerħi malajr, anki jekk jiġu mtellgħin rati ta’ tkabbir aħjar minn tal-aħħar snin. Imma l-qgħad hu mistenni jibqa’ għoli, mhux l-anqas fost iż-żgħażagħ. Ma nafx kif “akar Ewropa” se tkun tista’ tilqa’ għal din il-problema.

    Imma ċerti elites żgur se jibqgħu għaddejjin biha u jekk jirnexxilhom iressquha aktar fil-qrib, il-perikli kkawżati minn reazzjonijiet antidemokratiċi għal dan l-iżvlupp se jkunu qawwija.

    Għad jistgħu jitfu għalkollox il-perikli li jgħidulna huma kkawżati mill-forzi populisti u estremisti fl-Unjoni. Issa naraw.

    ***

    Ġużè Diacono

    Ġibduli l-attenzjoni għall-fatt li baqa’ ma sar xejn biex jiġi kommemorat il-kittieb Ġużè Diacono. Iċċekkjajt u sibt li tassew, hekk hu. Dnub.

    Fit-teatru, fis-saġġistika, fil-ġurnaliżmu u fit-tagħlim Diacono ta konribut liema bħalu lill-ilsien Malti. Kien wieħed mill-modernizzaturi kbar tal-ħsieb kritiku u letterarju fostna. Niftakarni, bħala żagħżugħ, naqra s-saġġi tiegħu dwar Ibsen u nipprova nkejjel l-impressjonijiet li ħallewli d-drammi li kont qrajt tan-Norveġiż, mal-ġudizzji ta’ Diacono. Minn dal-qari, kont indunajt b’ħafna spunti li kienu qabżuli.

    Fl-istess ħin meta qrajt id-drammi ta’ Diacono, fhimt aħjar kif hu kien iqis ir-realiżmu bħala teknika ta’ liberazzjoni.

    Għandha tittieħed deċiżjoni minn dawk li jiddeċiedu dwar hekk biex tal-anqas tissemma triq f’ġieħ dan il-kittieb li ma jixraqlux li jitħalla jintesa.

    (alfredsant.org),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Mar 31, 2014

    Insomma, jekk hemm wiehed li jixraqlu li jirraprezenta lil Malta fil-parlament Ewropew, dan huwa Dr Alfred Sant. Min irid jitghallem fuq hsieb politiku u letterarju, m'ghandux triq ohra hlief li jaqra lil Alfred Sant.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2014

    "Bejn l-1964 sal-1979 sal-2004, Malta għaddiet minn żmien li qatt ma għaddiet bħalu qabel u li forsi qatt mhu se jirrepeti ruħu. Żmien li matulu setgħet tgħid li pol

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2014

    Inti, Dr Sant, bhala studjuz u hassieb taf tajjeb li l-ghan tal-Unjoni Ewropea dejjem kien li ssir stat federali u dejjem qed tersaq iktar vicin gha

    Irrispondi
  •  

Facebook