FORA

  • Mar 24, 2014 08:50
  • Miktub minn

    Qed nattendi għal fora fejn jitqanqlu suġġetti għad-diskussjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Unjoni Ewropea. F’ħafna minnhom id-diskussjoni – li ma tqanqalx entużjażmi kbar, talanqas kif naraha jien – titbandal bejn zewġ estremi.

    Minn naħa, tmil għal kollox lejn x'inhu jiġri f’Malta, bla ebda ħsieb dwar kif dan qed jiġi affettwat mir-realtà Ewropea, li hi r-realtà tagħna wkoll. (Biex inkunu għedna kollox, l-istess qed jiġri f’pajjiżi Ewropej oħra.),

    Min-naħa l-oħra, id-diskussjoni taqleb għal kollox lejn x'inhu jiġri fl-Unjoni Ewropea. (Ili nsemmiha din il-problema, imma hemm tibqa’.),

    Ma nistgħux nifhmu x'inhu jiġri f’Malta mingħajr ma nirreferu għal x'inhu jiġri fl-Unjoni Ewropea. Imma biex nifhmu kif irridu nġibu ruħna fi ħdan l-Unjoni Ewropea, irridu nifhmu sew xinhu jiġri f’Malta.

    Mhux dejjem qed jirnexxielna nibbilanċjaw tajjeb iz-zewġ pendili ta’ dan il-mizien.

    SARKOZY

    L-eks President Franċiż Sarkozy inqabad f’kontroversja tremenda li kienet mistennija taffettwa r-riżultati tal-elezzjonijiet muniċipali Franċiżi ta’ dawn il-jiem.

    Kollaboratur anzjan tiegħu żvela li kien irrekordja diskussjonijiet privati ta’ Sarkozy matul l-aħħar kampanja presidenzjali Franċiża. Sar magħruf li maġistrati kienu awtorizzaw li t-telefonati ta’ Sarkozy jiġu sorveljati u reġistrati.

    Fost oħrajn, issemmew allegazzjonijiet li Sarkozy kien irċieva flus għall-kampanja presidenzjali tiegħu mil-Libja ta’ Gaddafi.

    Dan kollu serva biex iħarbat il-pjani ta’ Sarkozy li jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali li jmiss. Qajjem polemika sħiħa dwar kemm l-istituzzjonijiet Franċiżi jinsabu fis-samm.

    Sadattant, il-President Hollande innifsu tilef ħafna mill-appoġġ li beda bih bħala kap tal-istat. Bosta nies jinsabu mdejqa bil-qagħda ekonomika. Fil-partiti tal-lemin qam diżgwid sħiħ. U l-partit tal-lemin “estrem” immexxi minn Marine Le Pen kiseb appoġġ elettorali stabbli.

    Mill-ġdid Sarkozy qed jaffaċċja sfida li tikkonċerna l-ħajja jew il-mewt tiegħu bħala politiku. Qisu Berlusconi.

    AJRUPLAN MITLUF

    Ma nistgħux ma nimtlewx sogħba għall-familji tal-passiġġieri involuti, meta naħsbu fl-ajruplan tal-Malaysian Airlines li kellu jtir minn Kuala Lumpur sa Bejing u għeb mingħajr ma nafu (sal-mument meta qed nikteb), x’ġara u ma ġarax.

    Jitqanqlu żewġ riflessjonijiet oħra.

    Drajna nqisu lit-teknoloġija moderna bħala omnipotenti: hi tista’ ssolvi kull problema li tinqala’ fid-dinja tal-lum... jew għall-anqas tifhimha. Sa ġimagħtejn wara li għeb l-ajruplan, it-teknoloġija għad-dispożizzjoni tagħna la fehmet xi problema kienet inqalgħet, u wisq anqas solvietha.

    Drajna nqisu lill-pjaneta fejn ngħixu bħala spazju li aħna l-bnedmin immansajna. Irnexxielna niddeffsu f’kull rokna tad-dinja. Mentri mhux hekk. Anki meta nispjunaw mill-għoli nett fuq il-pjaneta “tagħna”, ma jirnexxilniex nagħrfu x'inhu jiġri f’kull kwadrant tagħha.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mar 24, 2014

    FORA. Ghalhekk irridu nitilqu mill-Unjoni Ewropea halli hadd ma jordnalna x'naghmlu u ma naghmlux f'Malta Dr Sant. Ma ghandna ebda fiducja fil-politici prez

    Irrispondi