Ilmenti

  • Mar 20, 2014 10:56
  • Miktub minn

    L-ilmenti li nisma’ dwar il-ħidma tal-gvern il-ġdid ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ dwejjaq li l-meritokrazija għadha mhix titwettaq. Jew mal-iżviluppi dwar l-iskema taċ-ċittadinanza. Jew li l-gvern wera wiċċ inuman fil-mod kif ittratta l-immigrazzjoni rregolari.

    L-ilmenti li nisma’ huma dwar kif f’ħafna postijiet tax-xogħol għad baqa’ nies imexxu li huma Nazzjonalisti u li ma jagħtu l-ebda nifs lil-Laburisti li jkunu jaħdmu magħhom jew taħthom. Dwar kif xi nies baqgħu bla impjieg jew bla għajnuna fil-problemi ta’ fejn joqogħdu. Dwar li ma ngħatawx widen minn dak jew dak il-ministru.

    Niltaqa’ wkoll ma’ lmenti ta’ nies li ma jistgħux iġerrħuha li jridu jperrċu d-diffikultajiet tagħhom quddiem impjegat tal-“customer care” minflok il-ministru jew segretarju parlamentari li kienu mdorrija jkellmu wiċċ imb wiċċ sa lejlet l-elezzjoni.

    L-ilmenti li nisma’ mhumiex ftit. Lanqas mhuma bla qies. Barra minnhom, nisma’ wkoll ħafna sentimenti ta’ sodisfazzjon u appoġġ għall-gvern il-ġdid minn votanti ġodda u “qodma” tal- Partit Laburista.

    ***

    Biedja

    F’seminar tal-MEUSAC dwar il-biedja, stagħġibt kif il-problemi li qed taffaċċja l-biedja damu biex jitqanqlu. Semmiehom bidwi żagħżugħ f’rendikont ta’ dak li qed jaffaċċja fuq il-post tax-xogħol. Qablu, konna smajna fost oħrajn rendikont ta’ x’jaħsbu l-konsumaturi Ewropej (u Maltin), dwar il-biedja u l-prodotti tal-ikel.

    Ma tantx jagħmel sens li nkomplu naħbu l-fatt li l-biedja qabdet it-triq ’l isfel. L-elites li daħħluna fl-Unjoni Ewropea jippruvaw jinjoraw dal-fatt. Imma kif jistgħu mbagħad jibqgħu jipproponu s-servizzi tagħhom biex “jgħinu” l-biedja?

    Fl-imgħoddi huma ħbew ir-realtajiet li l-biedja kienet se taffaċċja. Imbagħad għamlu karriera jagħtu “pariri” lill-bdiewa. Illum jaraw kif se jillapazzaw.

    Ikun xieraq li ngħidu liż-żgħażagħ li telqu għal studji fil-biedja x’inhuma l-isfidi veri li se jkollhom jilqgħu għalihom f’qasam li jinsab f’qagħda mwiegħra għax fl-imgħoddi ntqalu ħafna nofs veritajiet dwaru.

    ***

    Sterjotipi

    Artikolist bravu f’ġurnal ta’ kuljum għoġbu jikklassifika lill-votanti Nazzjonalisti bħala “intelliġenti” u mill-klassi tan-nofs; u lill-votanti Laburisti “makakki”, u ovvjament ħierġa minn klassijiet li dan is-sinjur iqis bħala “baxxi”.

    Kummentaturi tax-xeħta tiegħu jikkundannaw bħala dinosawri lil dawk li skont huma, jippruvaw jaqsmu lis-soċjetà tagħna fi klassijiet. Mentri huma stess jagħmlu dil-ħaġa bl-aktar mod goff u stupidu (ħafna drabi bla ma jindunaw),.

    L-użu ta’ sterjotipi minn “ħassieba” tal-lemin hu agħar minn hekk. Fehmiethom tingħaġen fi klassiżmu li l-bażi tiegħu mhu xejn soċjoloġiku. Anzi, jitlaq minn preġudizzji ta’ snobizmu raħli arretrat.

    Jekk il-PN se jibqa’ jistrieħ fuq sterjotipi bħal dawn biex jiżviluppa l-ideat tiegħu, ma narax kif jista’ jasal xi mkien.

    (alfredsant.org),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Mar 20, 2014

    Jekk j

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 21, 2014

    "L-ilmenti li nisma’ huma dwar kif f’ħafna postijiet tax-xogħol għad baqa’ nies imexxu li huma Nazzjonalisti u li ma jagħtu l-ebda nifs lil-Laburisti li jkunu jaħdmu magħhom jew taħthom." Sewwa qalulek Dr Sant. Jien mhux qed nghi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 21, 2014

    Ghaziz Dottor Sant, inti ghedt dwar kif xi nies kellmuk u

    Irrispondi
  •  

Facebook