Apprezzament

  • Aww 23, 2012 12:38
  • Miktub minn

    Il-perit Duminku Mintoff kien figura monumentali fit-tiswir tal-politika Maltija tas-seklu li għadda. Meta mexxa l-gvern ta’ Malta, nieda l-istat soċjali (il-“welfare state”), fl-aħjar interess tal-ħaddiema Maltin.

    Fl-istess żmien u qabel, iġġieled b’kuraġġ kbir għall-indipendenza vera tal-pajjiż.

    Illum, jixraq li niftakru fih u nfakkruh fit-tajjeb li wettaq – b’ħidma li kellha impatt sostanzjali fuq l-istorja politika u soċjali ta’ pajjiżna.

    Fi żmienha din il-ħidma kienet imkasbra minn nies li llum jgħidu li l-valuri li nebbħuha fil-fatt jikkostitwixxu l-aqwa ankra politika tagħhom. Mur emminhom.

    Illum, m’hemmx tribut isħaħ lil Mintoff milli tgħid, kif nibqa’ ngħid jien, li l-valuri li l-perit Mintoff stinka dwarhom fit-tajjeb li wettaq – l-aktar dwar solidarjetà soċjali u fuq kollox dwar ħelsien nazzjonali – għandhom jibqgħu l-pern tal-ħidma politika f’pajjiżna. U li l-Partit Laburista biss jista’ jiggarantixxi dan il-għan.

    Kondoljanzi profondi jmorru lill-familja tal-perit Mintoff għat-telfa kbira li ġarrbu. (20 ta’ Awwissu 2012),

    Greċja

    Nhar il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Grieg Samaras kellu jiltaqa’ mal-kanċellier Ġermaniża Merkel, l-għada mal-President Franċiż Hollande. Qed jitlob li jingħata aktar żmien biex fih ikun jista’ jwettaq il-miżuri ta’ awsterità li l-Greċja wegħdet li se ddaħħal talli il-pajjiżi l-oħra membri taż-żona ewro joħorġulha l-biljuni f’self ta’ għajnuna. Se jkun hemm reżistenza kbira għat-talbiet Griegi.

    Fil-Ġermanja speċjalment mhux ħlief isiru dikjarazzjonijiet iebsa li l-Griegi ma jistgħux jibqgħu jiddieħku bil-bqija tal-Ewropa u ma jwettqux il-wegħdiet tagħhom. Fil-Greċja, id-dwejjaq tal-poplu bil-miżuri ta’ tnaqqis fid-dħul tal-familji mhux ħlief jiżdied. Il-pajjiż jinsab riesaq dejjem eqreb tax-xifer. Matul is-sajf saru stqarrijiet minn diriġenti Ewropej dwar kif ma jkunx diżastru jekk il-Greċja jkollha tħalli ż-żona ewro. Sa ftit xhur ilu stqarrijiet hekk kienu jitqiesu ta’ barra minn hawn. Mhux aktar.

    L-Għada tal-festa

    Kmieni l-għada tal-festa, mat-toroq fejn ikun inżamm l-akbar briju id-dehra hi waħda ta’ dwejjaq u għeja, għax issa baqa’ biss ix-xogħol ta’ tindif u żarmar. Mal-art taħt il-bankini u madwar fejn kien inbiegħ ix-xorb u l-ikel, ħlief fliexken vojta u żibel ma tarax. Il-ftit nies li jixirfu barra l-bibien donnhom storduti.

    Tistħajjel li sejrin għax-xogħol ta’ bilfors għax ma rnexxilhomx jieħdu btala għall-għada tal-festa. Fl-arja diġà sħuna l-bandalori jperpru bil-mod qishom qed ifarfru d-dmugħ. L-ewwel raġġi tax-xemx qed jaqbżu l-bjut u jinsabu neżlin lejn it-tiżjin tal-għoli. Is-skiet donnu jġorr l-ekijiet tal-ħamba tal-bieraħ.

    Għad baqa’ festi oħra x’jinżammu, mhux hawn, fi bliet u rħula oħra. Ir-renju tas-sajf u s-sħana għadu ma ntemmx.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Aww 24, 2012

    Prosit Alfred. Kull kliem iehor dwar il-Perit Duminiku Mintoff hu superfluju. Kif ghidt int, Mintoff halliena l-ikbar zewg kolonni li fuqhom irid jibqa' mibni pajjizna, il-welfare state u wkoll l-indipendenza shiha, li l-mag

    Irrispondi