GENDUS

  • Mar 17, 2014 09:16
  • Miktub minn

    Triq il-Gendus, Bormla: waħda mill-isbaħ toroq ta’ Malta. Inżiltha u tlajtha ftit tal-jiem ilu, jien u nħabbat il-bibien.

    Hawn min jipprova jmaqdar id-dehra ta’ Bull Street fil-mod kif tinfirex ’l isfel. Anki għax donnha tibdel il-wisa’ tagħha ma kull ħames passi li tieħu fiha. Ma naqbilx.

    Li jagħmel lil Bull Street speċjali hu l-karattru stess tagħha, bl-ispazji rregolari li tgerbeb quddiemek mat-tul tagħha, kif ukoll il-mod ġentili li bih tagħmel hekk. Niskanta li t-triq għadha ma sabitx żviluppaturi ta’ ħila lesti li jġeddu fiha kemm il-ħajja residenzjali u kemm ħajja kummerċjali.

    Forsi għadni qed ngħaġġel wisq. Il-Kottonera għandha kumpless ta’ binjiet, fortifikazzjonijiet, baħar u niċeċ residenzjali qodma li għadhom jistennew lil min bi pjan strateġiku jagħtihom ħajja ġdida, fl-interess tar-residenti u tal-qawmien ekonomiku u soċjali taż-żona kollha.

    FATTI

    Bgħatt din l-ittra li tiftiehem waħidha lil ċertu editur:

    Meta l-editorjal tas-“Sunday Times” tad-9 ta’ Marzu 2014, “Labour: Sena wara” jirreferi għal kif fl-imgħoddi kienu jsiru l-ħatriet presidenzjali, jistqarr li: ‘Bl-eċċezzjoni tal-2009 ... ħatriet għal Kap tal-Istat dejjem saru skont linji partitarji u l-bniedem magħzul qatt ma kellu l-approvazzjoni tal-Oppozizzjoni. Madankollu, l-Oppozizzjoni dejjem ġiet konsultata.’

    L-aħħar stqarrija f’din is-silta hi manifestament falza. Meta Dr Ugo Mifsud Bonnici, Dr Guido Demarco u Dr Fenech Adami nħatru għall-Presidenza, il-Kap tal-Oppozizzjoni qatt ma kien konsultat, imma biss informat tard dwar id-deċizjoni li kienet ittieħdet. Jien naf għax kont preżenti.’

    L-editur ippubblika l-ittra fil-ħarġa tas-16 ta’ Jannar, bin-nota:

    Eddie Fenech Adami għandu opinjoni differenti. Kien hemm ukoll.

    In-nota hi manifestament falza. Dottor Fenech Adami ma kienx preżenti meta bħala Kap tal-Oppożizzjoni, jiena ġejt informat bil-ħatra tiegħu.

    Aktar minn hekk: hi ħaġa stramba – hux tassew? – li fuq kwistjoni ta’ verità tal-fatti li dwarhom ikun għamel stqarrija editorjali, l-editur ta’ gazzetta “serja” u indipendenti jorbot mal-“opinjoni” ta’ persuna, tkun min tkun, u mhux mal-fatti.

    TONY BENN

    Tony Benn kien bniedem li tammira, anki jekk mhux dejjem taqbel miegħu. Iddefenda l-aqwa ideali tas-soċjaliżmu u tad-demokrazija, anki jekk kien nisel il-privileġġ fis-soċjetà tiegħu. Suppost kellu jkun membru tal-House of Lords bħala bin artistokratiku. Imma ċaħad it-titolu u ħareġ għall-elezzjoni f’isem il-Partit Laburista.

    Għamel karriera jiddefendi teżijiet soċjalisti llum mitqiesa “antikwati” – bħar-rwol tal-istat fit-tmexxija ekonomika u l-ħarsien tal-“welfare state”.

    Irreżista ċ-ċaqliqa tal-Laburisti Ingliżi lejn politika ċentrista maħsuba biex tkun kollox għal kulħadd. Baqa’ mill-bidu sal-aħħar, difensur qawwi tad-demokrazija parlamentari.

    Mewtu qanqlet niket għal aktar minn raġuni waħda.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Mar 18, 2014

    Jiena qrajt l-editorjal tas-Sunday Times of Malta tad-9 ta' Marzu, 2014, qrajt ukoll l-ittra ta' risposta ta' Dr Alfred Sant, kif ukoll in-nota tal-editur bhala risposta ghal Dr Sant, u hawnhekk nistaqsi lill-edit

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2014

    Sur Mifsud, you are 1000% correct. Sant is our No.1 man. Has foresight and Malta is reaping all that he used to tell us about. Pity the man was shot at in his heyday.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2014

    Mela Issa tajba shubija shieha my friend ghax qabel il partner ship kien rebah jien ma ghandi fiducja f hadd hbieb f mejju jekk alla irid No VOTE bhala protest vote ghax dawn biex Ikollhom penzjoni tajba huma qal hekk hiergin shame on you

    Irrispondi