Enerġija

  • Mar 13, 2014 08:54
  • Miktub minn

    L-iżvilupp li bih investiment Ċiniż se jiddaħħal fl-Enemalta hu “breakthrough” – kelma Ingliża, biss m’hemmx kelma aħjar għal dak li qed jiġri.

    Ftit fostna fehmu kemm hi kbira l-kriżi li qed taffaċċja l-Enemalta.Bit-tmexxija tagħha tal-aħħar tnax-il sena jew kemm, konna deħlin f’ħajt. Konna se nispiċċaw b’Enemalta falluta waqt li nitkaħħlu b’enerġija ta’ prezz għoli li trendina anqas kompetittivi.

    Il-gvern il-ġdid irnexxielu jimmanuvra biex joħroġ minn dan l-isqaq. Għadna ma ħriġniex minnu. Imma l-istrateġija li biha qed jaħdem tindirizza kważi l-aspetti kollha tal-problema b’mod dinamiku u intelliġenti. F’sitwazzjoni bħal din trid taċċetta sfidi iebsa.

    L-impenn li l-power station tal-gass titlaq fiż-żminijiet li qed jissemmew hi waħda minnhom.

    F’perspettiva aktar tat-tul, il-gvern irid jassigura li l-operat tal-impjanti l-ġodda jinżamm effiċjenti – li jsostni rabtiet trasparenti mal-investituri Ċiniżi – u li l-interessi tal-ħaddiema tal-Enemalta jiġu salvagwardjati.

    Fuq dawn il-fronti kollha l-istrateġija mħaddma miexja ’l quddiem

    Djar tal-anzjani

    Ir-rapport li sar lill-Parlament dwar it-tmexxija tad-djar tal-anzjani fih x’tomgħod. F’dan is-settur, il-problemi ilhom evidenti għalkemm ma tantx huma magħrufa. L-istess problemi jinħassu fid-djar għall-anzjani fil-bqija tal-Ewropa. Dan hu qasam li baqa’ jżid fl-importanza hekk kif il-popolazzjoni ta’ individwi xjuħ ħafna tkompli tikber.

    Il-kura tagħhom jekk se ssir bil-galbu se tiġi tqum dejjem aktar, kemm lill-privat u kemm lill-gvern. F’das-sens, il-paragun bejn kemm tiġi tiswa residenza ta’ anzjan f’dar tal-gvern u f’dar privata jista’ jkun fażull. L-ispiża tiddependi mill-faċilitajiet offruti, l-aktar dawk ta’ trattament mediku, kif wera r-rapport lill-Parlament. Tiddependi wkoll mill-organizzazzjoni effiċjenti jew le tal-personnel u tal-faċilitajiet.

    Ili tal-fehma li wasal iż-żmien għal liġi ġdida “organika” li tirregola sew it-tmexxija tad-djar tal-anzjani, privati u pubbliċi.

    Inizjattiva kulturali

    Ta’ spiss niltaqa’ ma’ żgħażagħ u anqas żgħażagħ li huma attivi jew interessati fl-inizjattiva kulturali – minn dik letterarja, għal dawk teatrali, tal-mużika, tal-produzzjonijiet awdjo-viżivi u oħrajn. L-entużjażmu u l-ideat tajba hemm qegħdin.

    Kważi kull min hu interessat f’dawn is-setturi jifhem il-ħtieġa ta’ aktar taħriġ u aktar esperjenzi diretti fl-oqsma konċernati li minnhom jistgħu jinħolqu opportunitajiet ġodda.

    Issib min ingħalaq fl-ambjent Malti biex jesprimi ruħu/ruħha; issib min jimraħ lejn kuntatti u forom ta’ espressjoni barranin, mhux biss Ewropej.

    Ta’ spiss madankollu nħoss li dawk li għandhom interess fl-inizjattiva kultura jqisu ruħhom xi ftit bħala ltiema fis-soċjetà tagħna. Dan forsi għax l-espressjoni kulturali, mhux l-anqas fis-sura kreattiva tagħha, donnha għad għandha impatt ekonomiku u soċjali ċkejken wisq fost il-Maltin u l-Għawdxin.

    (alfredsant.org),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0