“FEEL GOOD”

  • Mar 09, 2014 15:33
  • Miktub minn

    Hu fatt li donnha saret priorità fit-tmexxija tal-politika li tingħata l-aqwa importanza lil kif se żżomm lill-elettorat ferħan u sodisfatt.

    L-akbar imgħallem fostna ta’ dan il-metodu ta’ tmexxija kien Dottor Fenech Adami. Tah spinta kbira ’l quddiem bis-slogan famuż ta’ “money no problem”. Kellna mbagħad il-konferma tal-islogan bil-għajta dwar kif id-dejn ukoll mhux problema: ma nħallsuhx aħna imma ulied uliedna. B’hekk in-nies setgħet tinsa l-prudenza u l-ħtieġa ta’ galbu għax l-affarijiet se jimxu ’l quddiem waħidhom. Għada min rah?

    Din il-bixra daħħlet fostna sens li l-ħala mhix inkwetanti. Nistgħu nibqgħu ngħixu tajjeb billi nieklu minn ġewwa...

    L-investimenti naqsu. B’mod stramb – għax fl-istess ħin kienu jiġu proklamati d-dommi Kattoliċi – il-ħedonizmu sar parti mill-ħajja tal-Maltin, kbar u żgħar. (Biżżejjed wieħed jaħseb fl-iżviluppi li seħħew f’Paceville mill-1987 lil hawn...),

    Ma tridx tmewwet il-qlub b’dak li tgħid. Quddiem il-problemi, trid tagħti sens ta’ kuraġġ. Dak minnu.

    Biss, personalment ma naħsibx li das-sens ta’ kuraġġ jista’ jservi fit-tul jekk jitrawwem fuq il-fehma profonda li tista’ tinjora l-problemi.

    VERITÀ

    Fl-Ewropa bħalissa... u naħseb f’Malta wkoll... qamet ċerta ansjetà dwar kemm se jkun hemm konkorrenza għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

    Kif naraha jien, hemm tliet problemi li ftit qed jiġu indirizzati tajjeb. Tnejn minnhom se jidhru li jikkontradixxu lil xulxin.

    L-ewwel, minħabba l-fatt li l-“Ewropa” tinħass daqstant imbiegħda, ftit nies jifhmu l-importanza tal-elezzjonijiet “Ewropej”. Ma jafux li deċiżjonijiet tal-akbar gravità jittieħdu fi Brussell b’mod li jaffettwa sew il-ħajja tagħhom.

    It-tieni: ħafna jqisu li l-“Ewropa” hi magna li taħdem għall-interess tal-“kbar” mhux taż-“żgħar”. Prova ta’ hekk hi li donnha jimportaha aktar biex tissalvagwardja l-interessi tal-bankiera l-kbar, milli tan-nies qgħeda, li baqgħu jiżdiedu bil-miljuni u qisu ma ġara xejn.

    It-tielet punt hu dan: in-nies temmen li dwar l-Ewropa mhix qed tingħad il-verità kollha, imma biss dik li tinstema’ sabiħ. Mill-ġdid, din hi l-logħba tal-“feelgood”. Jekk il-popli ma jingħatawx il-verità kollha u jafu li dan qed jiġri, bosta se jibqgħu lura milli jivvotaw.

    ŻGĦAŻAGĦ

    Attendejt laqgħa interessanti għaż-żgħażagħ fl-uffiċċji tal-Parlament Ewropew il-Belt bis-sehem tal-kandidati għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej. Matulha tnieda programm ta’ ħidma ħalli ż-żgħażagħ jitħeġġu jivvotaw fl-elezzjonijiet ta’ Mejju u biex jipparteċipaw fil-kampanja elettorali li diġà bdiet.

    Fid-diskorsi “uffiċjali” tqajmu ħafna ideat siewja u ġenwini. Imma mhux il-punti li semmejt hawn fuq. Dawk qajmuhom uħud miż-żgħażagħ li ġew ikellmuni wiċċ imb’wiċċ matul l-attività.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Mar 10, 2014

    ONE Candidate that makes MALTA feel GOOD! No double standards!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2014

    Dr Sant, kont ghadni u nibqa' kontra s-shubija fl-UE u xejn ma se jdawwarli fehemti. Dik dittatorjat kolonjali u

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2014

    Dr Sant...I would have voted for you, if you contested the elec

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2014

    Prosit, naqbel hafna mieghek fuq kwazi dak kollu li tikteb dwar l-ewropa. Ftit mill-poplu jaf certi affarijiet wara tant snin fl-UE.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2014

    @ F_ck the EU: , kull min bezaq ghas- sema dejjem gie f'wiccu...... u hekk qed jigrilek int!!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2014

    Kollu verita, Dr Sant. Infakkrek biss li l-Partit Socjalista Ewropew jinsab fuq quddiem fit-tbelli

    Irrispondi
  •  

Facebook