MARIE LOUISE

  • Mar 06, 2014 09:16
  • Miktub minn

    Indipendentement minn jekk tqisx li Marie Louise Coleiro kinitx tagħti kontribut akbar lill-ħajja publika tad-demokrazija tagħna bħala ministru milli bħala President, trid taqbel li hi se tkun denja tal-ħatra tagħha bħala President ta’ Malta. Fiha żgur se terġa’ tagħti xhieda tal-ħiliet kbar tagħha. Hi ħatra li tixirqilha.

    Ili naf lil Louise (kif insejħilha), mis-sena 1982. Dejjem nafha dedikata għax-xogħol u ffokata fuq kif tagħti servizz għall-aħjar ġid ta’ għajrha.

    L-għodod li l-aktar tinqala’ biex tħaddem kienu l-għodod politiċi. Dejjem rajtha tħaddimhom bl-akbar galbu, prudenza u impenn. Lanqas mhu minnu li qatt kienet xi bniedma ta’ partiġġjanizmu għama. Bil-maqlub.

    Snin twal ilu, kienet hi – is-Segretarja Ġenerali tal-PL – li xxokkjata, ċemplitli bħala President biex tħabbarli l-qtil ta’ Raymond Caruana. Minnufih ipproponiet li jien, hi u uffiċjali Laburisti oħra mmorru nżuru bla dewmien il-kazin Nazzjonalista tal-Gudja f’turija ta’ sogħba u solidarjetà.

    Kien żmien fejn forzi okkulti miż-żewġ partiti kienu qed jaraw kif joħolqu l-inkwiet.

    Nixtieq l-akbar suċċess lil Louise fil-ħatra l-ġdida u mistħoqqa tagħha.

    L-INTERESS RUSSU

    Fil-kriżi tal-Ukrajna li tinsab għaddejja mhux qed jingħata kejl biżżejjed tal-interess Russu.

    Ma jogħġbunix aspetti ewlenin fil-metodi ta’ tmexxija tal-President Putin. Imma tħobbu jew tobgħodu, trid tagħraf li l-Krimea storikament kienet parti integrali mir-Russja fejn matul is-sekli, twaqqfu stabbilimenti kbar Russi, militari u ċivili.

    Il-bażi ta’ Guantanamo f’Kuba lanqas tibda ħdejn il-kobor ta’ Sebastopol. Safrattant, l-Istati Uniti baqgħu jirrifjutaw li jitilqu minn Guantanamo, u jqisu li għandhom sovranità sħiħa fuqha.

    Aktar milli nikkundannaw kull ma jagħmel l-“ors” Russu, naħseb tajjeb li nżommu għarfien tal-ħtieġa li l-“ors” ma jħossux bir-raġun imhedded fl-interessi vitali u leġittimi tiegħu.

    ĊESRI FIL-GALLJA

    Fl-aħħar spiċċajt naqra r-rakkont ta’ Ġulju Ċesri dwar il-gwerer li mexxa fil-Gallja.

    Naċċetta dak li jgħidu dwaru: kien ġeneral-ġenju, bħala strateġista u bħala tattiku; wera ħila kbira fl-inġinerija ċivili li uża b’maestrija fil-battalji; kien organizzatur prim u kittieb luċidu bi stil dirett.

    Madankollu, is-simpatiji tiegħi kienu mill-bidu sal-aħħar mat-tribujiet tal-Gallja – jikkustinjaw bejniethom, qalbiena, lesti jkunu qarrieqa (skont Ċesri), fid-difiża tal-ħelsien tagħhom, mikduda bil-madmad tar-Rumani.

    Illum aħna mdorrija nqisu lil tal-aħħar bħala forza ta’ ċiviltà fl-Ewropa tal-qedem.

    Fil-fatt, kif juri l-istess rakkont ta’ Ċesri, ir-Rumani ma kienu xejn aħjar minn magna ta’ gwerra imperjalista li kellha l-vantaġġi ta’ teknoloġija u ta’ organizzazzjoni militari superjuri għal tal-popli tal-Gallja.

    Il-veru ġenju Ewropew, ta’ diversità tribali u ta’ għatx għal ħelsien nazzjonali ma kienx fost ir-Rumani daqskemm fost il-Galli.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mar 07, 2014

    Dott Sant, fil-ftit linji li ktibt fuq Louise,--- kif minn dejjem ukoll

    Irrispondi
  •  

Facebook