IMBIEGĦDA

  • Fra 03, 2014 09:31
  • Miktub minn

    Minkejja l-pubbliċità jew propaganda (għidilha li trid), dejjem għaddejja dwar l-Ewropa, jien u nżur id-djar, ma nistax ma nibqax sorpriż b’kemm baqa’ nieqes, biex ma ngħidx assenti, l-għarfien fost il-familji dwar xi tfisser l-Unjoni Ewropea għalihom, fil-prattika. L-Unjoni għadha mbiegħda, qisha pajjiż kbir barrani li ntrabatna miegħu u li qed jaffettwalna ħajjitna. Imma kif u għaliex dan qed jiġri ftit li xejn hu magħruf.

    Jaħti għal hekk – m’hemmx dubju – hu l-mod kif “l-Ewropa” ġiet “mibjugħa” lill-poplu Malti u Għawdxi matul is-snin. Kienet id-“destinazzjoni” finali fid-destin tal-Maltin u l-Għawdxin. Bħal meta wara l-mewt taspira għall-ġenna. Jew donnu wara li Malta kellha ssir parti mill-Unjoni Ewropea, l-istorja kienet se tintemm.

    Wisq nies jemmnu li l-bonanza Ewropea li wegħduhom jew ma waslitx jew ma gawdewx minnha. B’mod kurjuż, qed insib ta’ sikwit das-sentiment ukoll fost żgħażagħ li ftit jistgħu jiftakru l-kontroversji ta’ xi ħmistax-il sena ilu. U għal parti kbira sew minn ħajjithom draw jaraw il-bandiera tal-Unjoni Ewropea skjerata maġenb dik Maltija.

    Dawn huma tendenzi fostna li jqarrbu lejn sentiment aktar wiesa’ mal-Ewropa kollha: l-Unjoni mhux jirnexxielha twettaq il-wegħda tagħha li ssostni mudell soċjali li hu ekonomikament effiċjenti u ġust.

    F’MAGAZZINO

    Nhar il-Ġimgħa li għaddiet attendejt laqgħa mizmuma f’post li ma kontx naf li kien jeżisti: is-sala Magazzino, wara l-Waterfront tal-Belt. Kienet organizzata minn għaqda ta’ imprendituri u managers pjuttost żgħażagħ li jiltaqgħu biex b’diskussjoni u pariri bejniethom, itejbu ħidmiethom.

    Is-suġġett kien l-elezzjoni ta’ Mejju għall-Parlament Ewropew.

    Kont ma’ Miriam Dalli minn fost il-kandidati Laburisti għal din l-elezzjoni, u ma’ żewġ kandidati tal-PN. Matul il-laqgħa li ħadet is-sura ta’ mistoqsija u risposta, tqajmu diversi suġġetti interessanti relatati ma’ żviluppi f’Malta u fl-Ewropa.

    Biss kelli nagħmel riflessjoni li jeħtieġ naħseb aktar dwarha. Laqatni kemm baqagħlna x’nagħmlu bħala komunità biex norbtu l-iżviluppi interni tagħna ma’ x'inhu għaddej f’qafas Ewropew aktar wiesa’. Irridu jew ma rridux, dan il-qafas qed jiddetermina sa fejn – u kif nistgħu – naslu fil-miri tagħna.

    KULTURA

    Għoġbuni r-rimarki ta’ Bertu Marshall f’intervista li għamlulu tas-“Sunday Times”, dwar x’jikkostitwixxi kultura. Sostna kif il-kultura trid tiġi mifhuma f’sens mifrux li jirrifletti l-ħajja tal-bniedem bħala annimal soċjali u mhux ristrett għall-prattika ta’ ftit ħidmiet artistiċi “tradizzjonali”.

    Fl-aħħar xi ħadd tkellem kontra l-elitiżmu provinċjali u arkajku li bih ċerti nies draw jippontifikaw dwar il-kriterji artistiċi u kulturali li għandu jħaddan pajjiżna.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Fra 05, 2014

    waqafni kandidat tal-pn ghall-elezzjoni ta' MEP ta' Mejju,

    Irrispondi
  •  

Facebook