PWERILI

  • Jan 30, 2014 10:54
  • Miktub minn

    Forsi aktar minn ħaddieħor naf dwar il-priorita li trid tagħti kull Oppożizzjoni lill-ħtieġa li tikkontesta l-ħidma tal-gvern bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha. Biss din il-priorita trid titwettaq f’limiti ċari ta’ kondotta.

    L-aktar limitu importanti hu li kontestazzjoni ma titmexxiex b’mod li jmur kontra l-interess nazzjonali. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista preżenti diġa qabżet dan il-limitu fil-kontroversja dwar investimenti u ċittadinanza.

    Fost limiti oħra hemm dak li l-attenzjoni kritika trid titpoġġa fuq kwistjonijiet li tassew ikunu qed jitmexxew ħażin. Żgur li dal-limitu nqabeż bil-kbir fil-kjass li l-Oppożiżzzjoni pprovat toħloq dwar id-deputat Għawdxija Justyne Caruana. Dan għax hi twasslet l-ajruport minn Għawdex b’ħelikopter tal-Armata. Kienet sejra fuq xogħol tal-gvern li nġema’ b’urġenza. It-trasport tal-Armata qiegħed hemm għalhekk ukoll, biex iħaffef ix-xogħol tal-gvern f’okkażjonijiet ta’ urġenza.

    Justyne dejjem kienet waħda mill-aktar deputati assidwi u korretti tal-Labour. Jixirqilha kull rispett. Li tibni bħala skandlu l-użu kompletament leġittimu li sar ta’ ħelikopter uffiċjali biex hi tkun tista’ taqdi dmirijietha mhux biss jagħti xhieda ta’ negativiżmu kroniku min-naħa tal-PN.

    Agħar minn hekk – juri lill-Oppożizzjoni bħala pwerili.

    ENERĠIJA RĦISA

    Sfida kbira fl-Ewropa bħal fil-bqija tad-dinja hi kif nistgħu ntejbu l-kompettitivita billi nraħħsu l-ispiża tal-enerġija. It-teknoloġija li biha mill-art jinħareġ dak li qed jissejjaħ “shale oil” tista’ tkun ta’ dannu kbir għall-ambjent.

    Madankollu, fl-Istati Uniti baqgħu għaddejjin biha. Ħafna jbassru li minħabba f’hekk, l-Amerika qed tirbaħ vantaġġ qawwi fuq il-kompetituri tagħha.

    Fl-Ewropa, hemm min hu favur it-tħaddim taż-żejt “shale” u hemm min hu kontra. Il-Kummissjoni Ewropea kellha tara ssibx politika Ewropea komuni fuq is-suġġett. Ma rnexxilhiex.

    Fost dawk li jridu jżommu kontroll nazzjonali fuq il-biċċa hemm ir-Renju Unit li determinat iħaddem it-teknoloġija l-ġdida. Fost dawk li stennew politika komuni Ewropea kien hemm Franza, li tippreferi ma ddaħħalx dit-teknoloġija għalkemm għandha fost l-akbar riżervi ta’ żejt “shale” fl-Ewropa.

    L-għażla mhix ħafifa. Min jiskarta ż-żejt “shale” se jsib li ħaddieħor qed jgħaddieh fit-tkabbir ekonomiku. Min ma joqgħodx lura mit-teknoloġija l-ġdida se jidħol għar-riskju li jeqred għal dejjem firxiet kbar ta’ kampanja.

    TAGĦLIM

    Qrajt ir-rendikonti li ngħataw dwar kif tfal qed joħorġu mill-iskejjel sekondarji prattikament illetterati.

    Matul is-snin, mhux l-ewwel darba li smajt jew qrajt dawn l-“istejjer”. Hu evidenti li l-problemi qiegħdin fit-tagħlim primarju minn fejn numru mhux żgħir ta’ studenti jibqgħu telgħin minn klassi għal oħra bla ma jkunu assorbew is-snajja bażiċi tal-qari, il-kitba u l-kalkolu.

    Għalija hu evidenti wkoll li l-pern ta’ kull riforma serja edukattiva irid jitpoġġa fil-qasam primarju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Fra 03, 2014

    Eżatt Dr Sant. Emminni nistagħġeb mill-kredenzjali ta' dan il-psewdo-mexxej li kont nimmaġina li kellu daqsxejn stoffa. Iżda... bl-argumenti puwerili dwar il-biċċa tal-ħelikopter (li l-ewwel li ħa

    Irrispondi
  •  

Facebook