MALTI

  • Jan 23, 2014 12:30
  • Miktub minn

    Il-fantasiji Ewropej ta’ xi Maltin ma jistgħux ma jqanqlulekx tbissima. Il-mod kif jitkellmu dwar Ewropa u mhux Ewropa, dwar kif iqisu xinhu Ewropew u x’mhuwiex, dwar kif jifhmu x’jagħmlek "Ewropew" : kollox donnu misluf minn xi ktieb tal-ħrejjef. Nimmaġina li jixbah il-mod kif il-popli tal-Imperu Ingliż u fosthom il-poplu Malti – jew aħjar sezzjonijiet ta’ dawn il-popli – kienu jqisu lill-Gran Brittanja bħala l-Pajjiż-Omm tagħhom.

    Mentri l-verita hi li aħna l-Maltin, Ewropej għax aħna Maltin : minn hemm titlaq id-definizzjoni tagħna bħala poplu. L-Ewropa teżisti – jien ngħid tista’ teżisti biss – bħala l-Ewropa tan-nazzjonijiet. Veru li kien hemm ħassieba u kittieba kbar – minn Victor Hugo lil hawn u anki qabel – li raw l-Ewropa bħala binja b’pedamenti li huma ħafna usa’ minn tan-nazzjonijiet li jinsabu fiha.

    Iż-żmien wera li dil-viżjoni hi illużorja.

    IN-NEGOZJI MALTIN FL-UNJONI

    L-uffiċċju tal-Parlament Ewropew organizza laqgħa ta’ diskussjoni li għaliha konna mistiedna jien u erba’ kandidati oħra fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Matulha, smajna rappreżentanti tal-għaqdiet tan-negozju jfissru l-fehmiet tagħhom dwar dak li mistenni jiġri fis-snin li ġejjin fir-relazzjonjiet bejn Malta u l-bqija tal-Unjoni Ewropea.

    Tkellmu tajjeb dwar il-problemi li qed jaffaċċjaw kemm f’Malta, kemm fl-Unjoni Ewropea, u l-progress li rnexxielhom jagħmlu fl-aħħar żminijiet. Madankollu ħassejt li għad mhux qed isir apprezzament strateġiku ta’ kif żviluppi fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona tal-ewro jistgħu jaffettwaw il-qagħda ekonomika u kummerċjali tagħna.

    Hemm il-problemi tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, bil-qgħad li baqa’ persistenti u l-ħtieġa li d-dħul tal-gvernijiet jiżdied ħalli joħnoq id-defiċit publiku bla ma jkabbar il-piżijiet soċjali.

    U hemm il-mod kif iż-żona tal-ewro qed toħloq żewġ spazji ekonomiċi fl-Ewropa bejn dawk li jinsabu barra u dawk li jinsabu ġewwa. Qiegħda wkoll trendi l-ekonomiji li jinsabu fiha aktar riġidi f’kif jistgħu jilqgħu għall-bidliet ta’ madwarhom.

    WISTIN

    Diġa ktibt dwaru fuq Facebook imma nixtieq li nfakkru anki hawn.

    Għax Wistin Abela jixraqlu li jkun imfakkar. Il-mewt tiegħu din il-ġimgħa ġrat wara snin twal li matulhom kellu jgħaddi minn diffikultajiet ta’ saħħa li baqgħu jiżdiedu. Ġarrabhom b’paċenzja u kuraġġ.

    Oħrajn tkellmu dwar il-ħidmiet politiċi tiegħu. It-tajjeb tagħhom jegħleb bil-kbir l-iżbalji.

    Jien nippreferi niftakar fil-karattru dħuli u paċifiku tiegħu, li kabbarlu l-istima personali fost ħafna.

    L-aqwa xhieda ta’ dan kienet id-dedikazzjoni li biha ħbieb tiegħu baqgħu sal-aħħar jindokrawh, bħal meta kważi kuljum, kienu jeħduh fil-misraħ taż-Żejtun u fil-każin tal-Labour biex ikun jista’ jgawdi l-lanja tal-ħajja f’nofs il-belt “tiegħu”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Jan 24, 2014

    Jien kont rikoverat fi sptar f'Londra wara operazzjoni li kelli u smajt hemm bl-ahbar tal-mewt ta' Wistin. L-ahhar li ltqajt mieghi kien fil-jiem tal-Milied, kwazi fl-istess granet li kien mar izuru wkoll Dr. Sant. Xtaqt

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 25, 2014

    Grazzi ta kollox Sur Wistin RIP.

    Irrispondi