ANOMALIJI

  • Jan 19, 2014 18:36
  • Miktub minn

    Kellmuni rġiel li daħlu jaħdmu fis-snin sittin tas-seklu l-ieħor, mal-Bord tal-Elettriku qabel dan ġie amalgamat mal-Enemalta fis-snin sebgħin. Mal-ingaġġ tagħhom, wegħduhom darbtejn formalment li se jkollhom l-istess trattament bħall-impjegati l-oħra tal-Bord sekondati hemm mis-servizz publiku.

    Imma meta waslu biex jirtiraw, sabu li l-pensjoni se tkun inferjuri għal ta’ sħabhom.

    Tellgħu l-gvern il-qorti, li tathom raġun. Biss qalet li kien għadda ż-żmien u l-materja preskritta. Għamlu sew li appellaw.

    Madankollu naħseb li jkun għaqli jekk jiġi rikonoxxut li għandhom raġun u tinstab xi soluzzjoni xierqa għal din l-anomalija. Ikun inġust jekk jitħalla aktar żmien jgħaddi ħalli jonqsu n-nies li qed iġarrbu tnaqqis fil-pensjoni dovuta lilhom.

    Bħal dan il-kaz, hemm oħrajn – per eżempju, tal-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi u ta’ uħud mill-ħaddiema fil-korpi tax-xogħol tas-snin sebgħin.

    Fl-1997, konna bdejna nqisu kif se nwittu dawn l-anomaliji. Wara l-1998, il-gvern ta’ Fenech Adami tefa’ kollox lura fuq l-ixkaffa.

    SOVRANITÁ

    Il-vot tal-Parlament Ewropew dwar l-iskema ta’ investiment u ċittadinanza ma jorbot lil ħadd. Il-Parlament Malti jibqa’ sovran. Jorbot x’jiddeċiedi hu.

    Kelli nispjega dil-ħaġa lil uħud li tħawdu bil-propaganda tal-Partit Nazzjonalista. Din donnha riedet tagħti x’jifhem li l-gvern kien se jkollu jirriversja dak li l-Parlament Malti approvalu.

    FIS-SENA 1985

    Karmenu Mifsud Bonnici kien għadu kemm sar Prim Ministru. Fil-Kunsill tal-Ewropa tressqet għad-diskussjoni u vot riżoluzzjoni li tikkundanna lill-gvern Malti. Il-Prim Ministru bagħatni fi Strasbourg ma’ oħrajn biex nitkellmu mad-deputati Ewropej.

    Fi ftit tal-ħin, iltqajt ma’ ħafna. Bqajt mistagħġeb bl-attitudni ostili ta’ numru minnhom.

    Il-gvern Laburista kien għamel żbalji, dak minnu; imma li Malta kienet saret xi Korea ta’ Fuq kienet gidba lampanti. Indunajt li kien sar eżerċizzju qawwi biex jixxerred il-velenu. Anzi, irnexxielna nikkonvinċu lid-deputati Ewropej biex ma jeħdux vot.

    Fil-PN l-atturi nbidlu. Imma l-istrateġiji politiċi baqgħu l-istess.

    ALEKS

    Kemm dam editur, Aleks Farrugia bidel il-personalitá ta’ t-Torċa. Uħud ħassew li "intellettwalizzaha" żżejjed. Ma naqbilx. Naħseb li tellaqha lejn suġġetti ġodda b’mod li żidilha l-interess u aktar minn kull gazzetta oħra tal-Ħadd f’Malta (inkluża s-Sunday Times li fl-istess żmien ibbanalizzat ruħha),, ressaqha eqreb ta’ pubblikazzjonijiet simili Ewropej.

    Hawn min jemmen li l-qarrejja bil-Malti jaħbtu t-tfal ta’ xi alla inferjuri, u mhumiex kapaċi japprezzaw artikli «komplikati». Effettivament f’pajjizna, l-intellettwali tal-"boilersuit" ta’ spiss sostnew il-ġenju Ewropew b’mod ħafna aktar awtentiku milli għamlu membri llamtati tal-krema borgiża.

    Nawgura suċċess lil Aleks fil-ħidma l-ġdida tiegħu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  

Facebook