ĠUSTIZZJA ARKANA

  • Jan 16, 2014 08:35
  • Miktub minn

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar l-Imħallef Farrugia Sacco ikkonfermatni fil-fehma li s-sistema legali u ġudizjarja f’pajjiżna għadha waħda arkana għall-aħħar. Essenzjalment il-Kummissjoni qatgħetha li l-Imħallef Farrugia Sacco jistħoqqlu jiġi ċensurat għax baqa’ jservi bħala President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Din tqieset bħala imġiba mhux xierqa.

    Issa, jeżisti protokoll imsejjaħ il-“Prinċipji ta’ Bangalore dwar l-Imġiba Ġudizjarja,” rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda. Jitkellem dwar kif għandhom iġibu ruħhom membri tal-ġudikatura.

    Jeżisti Grupp dwar l-Integrità Ġudizjarja, hu wkoll b’rikonoxximent internazzjonali, li f’Marzu 2007 ippubblika kummentarju dwar il-Prinċipji ta’ Bangalore. F’paġna 101 tal-kummentarju, f’nofs diskussjoni dwar il-kondotta xierqa ta’ ġudikant, jgħid hekk: “Ġudikant jista’ jipparteċipa f’diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet tal-komunita li ma jkunux maħsuba għall-profitt, billi jservi bħala membru tagħhom u tal-kumitati ta’ tmexxija. Eżempji jinkludu organizzazzjonijiet tal-karita, kunsilli skolastiċi u universitarji, soċjetajiet reliġjużi għal-lajċi, bordijiet ta’ sptarijiet, klabbs soċjali, għaqdiet sportivi, u organizzazzjonijiet li jippromwovu attivitajiet kulturali u artistiċi.”

    Bilfors tiskanta...

    ILLUSTRI

    Kien hemm fl-imgħoddi imħallfin li daħlu għar-responsabbiltajiet tat-tmexxija fil-qasam tal-volontarjat.

    Per eżempju l-Prim Imħallef Arturo Mercieca għamel snin twal imexxi l-għaqda San Vinċenz de Paule (ara “Le Mie Vicende”, paġna 256),.

    Jew l-Imħallef Maurice Caruana Curran li waqqaf u mexxa l-ewwel għaqda ambjentalista “Din l-Art Ħelwa” (ara “Maltese Biographies of the Twentieth Century”),.

    It-tnejn zgur kienu jaqblu mal-Grupp ta’ Integrita Ġudizjarja li jsostni: “ħidma f’qasam differenti toffri lil ġudikant l-opportunità li jwessa’ l-orizzonti tiegħu billi tfornilu għarfien ta’ problemi fis-soċjetà li jissuplimenta l-għerf fit-twettieq tal-funzjonijiet tiegħu miksub mill-professjoni legali”.

    Fiċ-ċensura li ddeċidiet dwar l-Imħallef Farrugia Sacco, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kienet qiegħda tassoċja miegħu (in absentia), lill-predeċessuri illustri tiegħu Arturo Mercieca u Maurice Caruana Curran.

    Jien kien mingħalija li l-aqwa problemi ta’ imġiba xierqa fil-qrati ġejjin min-nuqqas ta’ imġiba effettiva biex tiżgura li ċ-ċittadini jingħataw rimedju validu u f’waqtu għall-inġustizzji li jkunu ġarrbu...

    BIOGRFAFIJI

    Dan l-aħħar ridt nirranġa aħjar il-kotba tal-Malti li ġbart matul is-snin. Drajt inżommhom f’sezzjonijiet differenti skont is-suġġett, bħal storja, lingwistika, ekonomija u politika. Did-darba innotajt li kien inġema’ numru sabiħ ta’ biografiji u awtobiografiji.

    Il-ġeneru fostna żdied sew fl-aħħar snin. Tista’ ttellqu bil-kitba ta’ Ninu Cremona dwar Mikiel Anton Vassalli, tkomplieh bl-awtobiografija tematika ta’ Herbert Ganado, iddaħħal fl-iżvilupp tiegħu l-istudji li saru ta’ Dun Karm, il-biografiji tal-Gross u Ugo Mifsud fost oħrajn, sakemm tasal għall-awtobiografija ta’ Oliver Friggieri u numru ta’ pubblikazzjonijiet oħra aktar riċenti.

    Iddeċidejt li jagħmel sens li noħloq sezzjoni ġdida fil-qasam tal-Melitensia għall-biografiji u kitbiet simili.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Jan 16, 2014

    Certu affarijiet ma nistax nifhem.Hawn sezzjoni ta nies li kif idejaqhom xi hadt jipruvaw min go kmamar mudlama jikonfofaw kontra dik il persuna.Tista tkun politkament.Pero mhux bil fors.Ezempju car ta kif tnehha l ex prim ministru Borg Oliver.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 16, 2014

    Dr Sant, naqbel mieghek mija fil-mija. Din tal-Imhallef Farrugia Sacco hija biss HDURA spjetata min-naha tal-Partit Nazzjonalista li huwa dizunur ghal ismu ghall-affarijiet lil ghamel u qed jaghmel kontra Malta. Dak li qieghed jag

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 16, 2014

    L-attakk fuq Dr Farrugia Sacco ma bediex il-bierah izda ilu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 16, 2014

    Impekkabbli. Bhal dejjem.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 16, 2014

    Avolja mhux xi avukat Dr Sant jaf l-affarijiet aktar minn dawk li jissejhu l-gwardjani tal-gustizja f&#

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 16, 2014

    U xi nghidu ghal xi whud mill Gudikatura li jghidu li kien hemm anke’ minnhom li kienu fxi’ setta !!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 18, 2014

    GHAZIZ DR. ALFRED SANT forsi int qieghed tara l -INEWS fejn hafna qed jikkummentaw li jew mhux ser jivvutaw lill hadd jew lill tas C.N.I. jew lill NO

    Irrispondi