QGĦAD FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

  • Jan 13, 2014 08:58
  • Miktub minn

    Nissuspetta li m’aħniex inqisu tajjeb il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. Iltqajt fl-aħħar ġimgħat ma’ numru ta’ każi ta’ żgħażagħ li jinsabu qiegħda jew inkella qed jagħmlu xogħol temporanju li m’għandux x’jaqsam mal-kwalifiki tagħhom. Fost tal-aħħar jidher li qed jiżdiedu l-gradwati universitarji.

    Jista’ jkun li l-istatistika uffiċjali mhiex taqbad tajjeb dan l-aspett negattiv tas-suq tax-xogħol f’pajjizna għax iż-żgħażagħ konċernati ma jirreġistrawx bħala qiegħda jew ma jitqisux li huma hekk għax għandhom xogħol “part-time”.

    Jekk tassew teżisti, din il-problema tinkwadra ruħha fil-fatt li s-sistema edukattiva mhix tipprovdi taħriġ li jaqbel mal-offerta tal-impjiegi li tinsab f’pajjiżna. Tintrabat ukoll ma’ problemi oħra: bħan-nuqqasijiet fit-taħriġ tekniku u xjentifiku fl-iskejjel tagħna; u r-rata għolja ta’ studenti li jispiċċaw is-snin ta’ skola bla ma jilħqu livell ta’ tagħlim aċċettabbli, meta ma jħallux l-iskola kmieni wisq.

    LURA LEJN L-IMGĦODDI

    Immaterjali jekk taqbilx jew le mal-iskema tal-gvern għal investiment individwali: huma kundannabbli l-isforzi li saru minn politiċi Maltin biex il-kwistjoni titqanqal fil-Parlament Ewropew.

    Il-materja taqa’ barra mill-kompetenzi tat-trattati Ewropej. Hekk ikkonfermat l-istess Kummissjoni Ewropea. Biex il-biċċa titwassal għal dibattitu fil-Parlament Ewropew, xi ħadd rewwaħ. Dan sar kontra l-interess nazzjonali.

    L-istess tattika ntużat ukoll mill-Partit Nazzjonalista, fl-Oppożizzjoni dak iż-żmien, matul is-snin sebgħin u tmenin. Il-PN kien iqajjem kontinwament fil-Kunsill tal-Ewropa u mkejjen oħra barra, kwistjonijiet interni f’Malta u jonfoħhom bħala l-aqwa skandli.

    Wara l-1987, meta nbidel il-gvern, l-Oppożizzjoni Laburista qatt ma mxiet bl-istess tattika imma l-gvern Nazzjonalista xorta sab ruħu fid-dell tal-akkużi li xerred fis-snin ta’ qabel fuq ħaddieħor. Kellhom jgħaddu s-snin qabel id-dellijiet ittaffew.

    PLOWMAN

    Tnikkitt nisma’ bil-mewt tal-Professur David Plowman f’Perth, l-Awstralja. Lil hinn mill-ħidmiet akkademiċi tiegħu, Plowman ħadem qatigħ biex ifakkar il-ġrajja tas-subien Maltin li ntbagħtu fl-Awstralja fl-ewwel nofs tas-snin ħamsin. Trabbew f’kondizzjonijiet mhux wisq bogħod minn skjavitu f’kampijiet immexxija minn reliġjużi Kattoliċi.

    Mifruda minn familthom fi żmien meta Malta kienet mifnija bil-għaks, l-esperjenzi ħorox tagħhom immarkawhom tul ħajjithom. Plowman kien fosthom. Emmen – bir-raġun – li dawk it-tfal minsija kien jixirqilhom tifkira f’Malta. U stinka għal dan il-għan. Biex jasal għalih, kellu jegħleb reżistenzi qawwija min-naħa tal-Knisja u tal-gvern Nazzjonalista.

    Hemm ironija li wieħed jiftakar f’dan l-episodju mudlam illum, meta għaddejja kontroversja dwar l-addozzjoni ta’ tfal minn koppji tal-istess sess. Protagonista fiha qed tkun il-Knisja Maltija li b’ċertu mod, mexxiet “addozzjoni” f’ambjent tal-istess sess fis-snin ħamsin. Sal-lum, għamlet ftit li xejn biex tiċċara eżattament x’ġara mit-tfal fdati f’idejn ir-reliġjużi “tagħha”.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Jan 13, 2014

    Artiklu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 14, 2014

    Inti tahseb li xi darba l-Partit Nazzjonalista mhux se jaghmel hsara kemm jista' lil Malta u lill-Gvern Laburista kif dejjem ghamel?

    Irrispondi
  •  

Facebook