DMIR DEPUTAT

  • Jan 08, 2014 17:12
  • Miktub minn

    Reġgħet qamet kontroversja dwar jekk ir-reliġjon ta’ deputat għandhiex tiddetermina kif jivvota fil-Parlament billi jsegwi l-istruzzjonijiet ta’ kap reliġjuż.

    Kull bniedem jgħix u jaġixxi skont il-prinċipji li jemmen fihom u li fosthom insibu prinċipji reliġjużi li jħaddan fil-ħajja privata. Meta jiddeċiedi dwar l-imġiba privata tiegħu, għandu jkollu l-ħelsien sħiħ li jsegwi dawn il-prinċipji, inkluż li jaċċetta kmandi dwar l-imġiba privata mogħtija mill-awtoritajiet reliġjużi li hu jqim.

    Imma meta bniedem jintgħażel deputat tal-poplu fi ħdan stat demokratiku sekulari u jkun qed jilleġisla fil-Parlament, il-valuri li jrid jirrispetta huma dawk tal-istat sekulari, bid-drittijiet, id-dmirijiet u l-libertajiet li jġibu magħhom u li japplikaw għaċ-ċittadini kollha, hu xinhu t-twemmin tagħhom. Waqt li d-dritt ta’ kull reliġjon li tirregola l-imġiba privata tal-membri tagħha għandu jingħata kull rispett, dan bl-ebda mod ma jimplika li fid-deċiżjoni publika tiegħu d-deputat jeħtieġlu jsegwi d-direttivi tagħha.

    Staqsewni dwar hekk tat-“Times of Malta” u rreferejthom għad-diskors li ta f’Houston John F Kennedy waqt il-kampanja presidenzjali Amerikana tal-1960. Fih, Kennedy bħala kandidat Kattoliku għall-Presidenza kien fisser b’mod brillanti dil-pozizzjoni. Ried jilqa’ għall-kritika li jekk isir President, se jsegwi l-ordinijiet tal-Papa. L-istess kritika kienet saret lill-ewwel kandidat presidenzjali Amerikan Kattoliku Alfred Smith fis-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor, u kienet swietlu qares.

    BANEK

    Il-banek f’Malta huma fost l-aktar istituzzjonijiet qawwija tal-pajjiż. Hemm il-liġijiet finanzjarji li jirregolaw in-negozju tagħhom imma mill-bqija effettivament jistgħu jagħmlu dak li jridu.

    Nemmen li l-banek jeħtieġ jitpoġġew taħt regoli aqwa ta’ kontabilità publika dwar għemilhom.

    Bħalissa, huma jaħdmu f’qafas oligopolistiku strett fejn m’għandhomx għalfejn jagħtu rendikont serju dwar kif qed jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u lanqas għandhom għalfejn josservaw regoli etiċi sodi ta’ imġiba f’kif jittrattaw lill-klijenti. Dan mhux sew.

    L-IŻLANDA U L-AWSTERITÀ

    L-Iżlanda ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi finanzjarja tal-2008. Il-banek tagħha li kienu ħadu statura mondjali kkollassaw u waddbu l-pajjiż f’xifer il-falliment. Kienu saru offerti lill-Iżlanda biex din tidħol fi ftehimiet ta’ għajnuna mal-Fond Monetarju Internazzjonali u effettivament anki mal-Unjoni Ewropea. L-Iżlandiżi kellhom jintrabtu mbagħad b’obbligi ta’ awsterità dwar kif imexxu l-finanzi tal-gżira.

    Huma rrifjutaw il-miżuri li kienu se jiġu mposti fuqhom. Telqu għal għonq it-triq – iebsa ħafna – li jerġgħu lura fuq saqajhom bil-mod tagħhom akkost li jitlewmu ma’ pajjiżi oħra wisq akbar minnhom.

    Illum l-Iżlanda rpiljat sew. Il-Greċja u l-Portugall, fost oħrajn, li applikaw sal-aħħar il-pakkett ta’ awsterità “impost” fuqhom, għadhom imqanfda f’diffikultajiet ekonomiċi u soċjali kbar.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Jan 09, 2014

    L-Izlanda u l-awsterita' imposta mill-Unjoni Ewropea juru kif l-Unjoni Ewropea ma jinteressahiex mit-tbaitijiet tal-poplu imma mill-bankiera u kemm il-politika taghha hija hazina ghall-poplu. L-Izlanda fieqet imma l-pajjizi l-ohra KOLLHA li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 09, 2014

    Dan il-video juri lil John F. Kennedy, Kattoliku, jitkellem dwar il-fidi tiegħu u l-impatt fuqu jekk jiġi elett president: http://www.youtube.com/watch?v=iDP4qrA8hvg

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 10, 2014

    Nagbel mieghed Ganni. L-Unjoni Ewropea gabitna kolonja taghha u skjavi li rridu nobdu dak kollu li tordnalna. Ghadna kif bdejna s-sena u qed ikollna nhallsu l-licenzji tal-karozzi bil-gholi gh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 10, 2014

    Ganni z-Zejtuni grazzi li nfurmajtna bil-facebook tal-Kampanja Helsien Nazzjonali u tal-Front Maltin Inqumu ghax ma kotx naf bihom u m'ilhix li bdejt nuza l-internet.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 10, 2014

    Dr Sant infakkrek ukoll li dmir id-deputat huwa li jisma mill-poplu u ghalhekk nistaqsi kif il-whips tal-Gvern u l-Oppozizzjoni ghadhom ma laqghux il-petizzjoni tas-CNI b

    Irrispondi