X’jaqbel li tperrec

  • Lul 07, 2012 16:33
  • Miktub minn

    Aleander Balzan stedinni nikteb blog għal inewsmalta.com, tal-inqas darba fil-ġimgħa. Xtaq kitbiet personalizzati li jkopru s-suġġetti kollha li min qed jikteb isib ta’ interess u li ma jtawlux aktar minn 400 kelma. Issa nara kif immur bid-direttivi li tani. Se nibda b’żewġ kontribuzzjonijiet fil-ġimgħa – it-Tnejn u l-Ħamis.

    ---
    Il-gvern għamel ħafna plejtu għax qal li ċaħad ir-rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea għafset fuqu dwar it-tmexxija tal-pajjiż. Tridu jerġa’ jgħolli l-età tal-pensjoni u jara kif iżarma s-sistema li biha kull sena, l-pagi jiġu imċaqilqa ħalli l-ħaddiema jingħataw xi kumpens għall-għoli tal-ħajja. Li ma qalx hu li xorta waħda r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għaddew mill-Kunsill Ewropew – jiġifieri l-ogħla organu tal-Unjoni Ewropea. Għandhom jiġu pubblikati, jekk dan għadu ma seħħx, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bħala Opinjoni tal-Kunsill.
    Barra milli ssammar lill-gvern fuq pensjonijiet u l-kumpens għall-għoli tal-ħajja, l-Opinjoni tikkritika l-andament tal-pajjiż fuq materji oħra. Tgħid li l-mod kif il-gvern qed ibassar id-dħul u l-ħruġ tiegħu għas-snin li ġejjin hu ottimistiku wisq. Issostni li Malta qed iġġorr riskji kbar fis-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tagħha. Targumenta li d-daqs tas-settur finanzjarju u bankarju f’Malta hu kbir wisq imqabbel mad-daqs ekonomiku tal-pajjiż. Jekk das-settur imajna, se jkun hemm konsegwenzi ħżiena ħafna għall-bqija tal-ekonomija.
    Investituri barranin u oħrajn interessati f’Malta żgur se jikkonsultaw l-Opinjoni tal-Kunsill Ewropew. Mhux se jieħdu impressjoni tajba. Il-gvern baqa’ kwiet dwar dawn il-punti l-oħra li tqajmu. Min jaf għaliex?
    Ma nafx kemm hi idea tajba din li l-Ewropa toqgħod tperreċ id-“difetti” tal-pajjiżi membri tagħha. B’dan tista’ żżid il-gwaj tal-pajjiżi li tikkritika, anke jekk qed tagħmel hekk biex iġġagħalhom “jirriformaw”.
    ---
    Canale Mussolini, ir-rumanz ta’ Antonio Pennacchi (Premio Strega 2010), hu superb. Veru: twil ħafna; l-ewwel nofs qrajtu s-sena li għaddiet; it-tieni spiċċajtu ftit ilu. Pennacchi jagħtina l-istorja tal-familja Peruzzi, bdiewa foqra mill-inħawi ta’ Ferrara. Propjetarju aristokratiku l-konti Zorzi Villa jkeċċihom mill-art “tagħhom”. Uħud kienu soċjalisti, oħrajn isiru faxxisti. Il-Peruzzi għandhom ħabib fiċ-ċrieki għolja tad-Duce. Ma’ familji oħra ta’ bdiewa, jingħataw biċċa art fiż-żona tal-Canale Mussolini, medda enormi mimlija għadajjar u nemus tal-malarja mhux bogħod minn Ruma, li l-gvern faxxista qed inixxef u jrendi għammiela. Insegwu permezz tal-esperjenza tal-Peruzzi l-emigrazzjoni ta’ bdiewa min-nord lejn iċ-ċentru tal-Italja, l-iżviluppi tas-snin faxxisti sal-gwerra tal-Abbissinja u d-diżastru Taljan fit-Tieni Gwerra Dinjija. Pennacchi għandu stil mexxej u qawwi li għalkemm ġieli ripettitiv, jikkonvinċi. Interessanti r-referenzi, anki espliċiti, għar-rumanz ta’ Riccardo Bacchelli Il Mulino del Po li żgur serva bħala mudell għal Pennacchi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    Alfred Sant kien, ghadu u jibqa' l-istess. Kontra kollox u kontra kulhadd...kellu bzonn ghandu nitfa integrita u kapacita bhalma ghandu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi li qed jirnexxielu jeghleb il-maltemp minkejja l-bsaten fir-roti tal-oppozizzjoni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    iddahhaqx sur Felice. Jekk Dr Sant ma ghandu xejn ghandu zgurr integreta! Minkejja li kemm dam imexxi lil partit laburista il PN ghamel min kollox u dahal anke familjari xorta l-integreta ta Alfred Sant baqghet mhix mittiefsa!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    @ A.Felice Int bis-serjeta'? Wake up and smell the coffee. Our national debt is exploding, the deficit is widening an you

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 12, 2012

    Imissek tisthi A.Felice titkellem fuq integrita rigward DR. Sant! Sincerament niddubita kemm taf xi tfisser il-kelma "integrita"! Kellu bzonn hawn

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 12, 2012

    Sur Felice iva Alfred Sant kien, ghadu u jibqa imsemmi ghall-integrita, onesta u serjeta. Veru ma tafx tisthi biex tikteb dak li ktibt. Nahseb il-bsaten fir-roti taf bizzejjed min ghamilhom lil min fir-rigward ta Dr Sant. Il-gurnata t-tajba!

    Irrispondi
  •  

Facebook