OQSMA GRIŻI

  • Jan 05, 2014 18:03
  • Miktub minn

    X’jikkostitwixxi konflitt ta’ interess jew sigriet professjonali? Għal kull xogħol, professjoni u kariga għandhom japplikaw l-istess prinċipji u regoli etiċi?

    Dawn mhumiex mistoqsijiet ħfief. Lil hinn mit-teatrini politiċi, jissarrfu fi tweġibiet differenti – ħaġa li ddaħħal suspetti fost ħafna ċittadini.

    Jidher madankollu li l-prinċipju ta’ riga waħda għal kollox u kulħadd ftit li xejn jista' jinżamm fil-prattika. Per eżempju kien mingħalija li fir-rigward tat-terroriżmu bħala regola assoluta, xejn ma jista’ jitħalla għaddej. It-trasparenza kellha tkun totali fil-każi kollha, żgħar jew kbar. Ma jidhirx li dan qed isir fil-prattika.

    Jeżistu oqsma sħaħ, griżi, fejn ħadd ma jista’ jaċċertak mija fil-mija li din jew dik l-imġiba hi l-korretta. U dan f’firxa sħiħa ta’ professjonjiet, mill-ġurnaliżmu għall-psikjatrija, mill-avukateirja għall-mediċina, mis-servizz publiku għall-perizja fl-inġinerija.

    Forsi dan m’għandux jgħaġġibna f’dinja fejn il-publiku u l-kummerċjali tħabblu għal kollox f’xulxin u kollox jinsab għall-bejgħ.

    IL-KONSUM MHUX BIŻŻEJJED

    Nissuspetta li fl-Ewropa, Malta inkluża, it-tkabbir ekonomiku sar isserraħ iżżejjed fuq il-konsum. Li l-poplu jikkonsma hi ħaġa tajba, kemm għall-familji li jikkonsmaw u kemm għal dawk li jipproduċu xi jkun qed jiġi kkonsmat. Biss fl-istess waqt, irid jitnieda investiment ġdid. Bih, jinbidlu l-impjanti tal-lum hekk kif jiddaħħlu teknoloġiji u prodotti ġodda.

    L-effetti pożittivi tal-investiment idumu biex jinħassu. B’hekk, illum ħafna aktar minn qabel, tqum it-tentazzjoni biex gvernijiet u impriżi b’fondi limitati jikkonċentraw in-nefqa tagħhom fuq il-konsum.

    Jasal żmien meta biex il-konsum jibqa’ jagħti l-istess sodisfazzjon bħal qabel, ikun jirrekjedi nefqa akbar – dan għax mingħajr biżżejjed investiment, l-ispiża ta’ x’tikkonsma togħla mingħajr ma jkun żdiedlu l-valur.

    TEMPESTI TA’ SILĠ

    Inħoss nostalġija stramba meta jaslu l-aħbarijiet tat-tempesti kbar ta’ silġ li bħal fl-aħħar ġimgħa, jinġemgħu mal-kosta tal-lvant tal-Istati Uniti u jobormu lejn iċ-ċentru tal-pajjiż, il-Mid West. Ta’ spiss waqt tempesti hekk, jaqgħu żewġ piedi u aktar ta’ silġ matul il-lejl. Barra t-twieqi, l-ħalel ta’ borra jinżlu qishom gverta mqanqla mid-driegħ ta’ ġgant.

    Niftakar fiż-żmien li għaddejt f’Boston u t-tempesti li għext. Biex toħroġ mid-dar, ridt tħaffer trinka mill-bieb ’il barra. Ir-reżħa tkun enormi, speċjalment meta jqum ir-riħ. Hemm kelli nilbes ingwanti, li nobgħod, inkella f’mument idejk jiffriżawlek u lura taħt xi saqaf, tbati agunijiet terribbli sakemm id-demm jerġa’ jiskula mas-swaba u l-pala ta’ idek.

    L-agħar kien meta l-wiċċ tal-borra mal-art jinġazza; jekk ma toqgħodx b’seba’ għajnejn, malajr tkejjel il-bankina f’xi żelqa monumentali.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook