KIF NITKELLMU MAL-EWROPA

  • Jan 02, 2014 07:30
  • Miktub minn

    Aktar u aktar Maltin fehmu l-ħtieġa li fid-diskors li Malta jkollha mal-bqija tal-Ewropa, niffokaw tajjeb fuq l-interess nazzjonali. Spiċċa ż-żmien li l-istilel jgħammxulna għajnejna, u ngħidu mela le għal kull ħaġa li tiġi minn Brussell.

    Jien dejjem ammirajt il-binja tal-Unjoni Ewropea imma qatt ma ħallejt l-istilel jaljenawni. Allura xlewni li dejjem nilgħabha ta’ Kassandra dwar l-impatt fuqna tal-politika komuni Ewropea. Matul is-snin bqajt skantat kif nies li nirrispetta kienu jaqblu b’għajnejhom magħluqa ma’ xi jkun tħassel fuq skala Ewropea. Illum, uħud minnhom jgħiduli minn taħt l-ilsien li saru jaqblu miegħi.

    F’aċċettazzjoni li m’aħniex xi kolossi tal-Unjoni Ewropea, irridu nuru li dak li ma jgħoddx għalina lesti nirreżistuh sal-aħħar. Nagħmlu dan b’lingwaġġ xieraq, meqjus u determinat.

    L-elites Ewropej saru jlaqqmu “populist” lil kull min jieħu linja simili. Qed jagħmlu żball oħxon. Qed jiftħu bieb beraħ għall-avvanz ta’ forzi faxxisti.

    PRESIDENZA

    Il-Prim Ministru għandu d-deċizjoni ewlenija dwar min isir President. Jiddeċiedi kif jiddeċiedi l-Prim Ministru Muscat dwar dil-ħaġa, l-għazla tiegħu tkun ben fatta.

    Iddejjaqt nisma’ lill-Partit Nazzjonalista jsostni li għax l-aħħar President intgħazel minn fost il-Laburisti, issa l-għażla għandha ssir minn fost in-Nazzjonalisti. Din hi pretenzjoni tosta u ipokrita. Gonzi-pn għazel President ftit wara li rebaħ elezzjoni bi żbrixx. Ried jidher ftit ħelu qabel jitlaq għat-triq tal-arroganza bla kantunieri. U kellu raġunijiet oħra okkulti li ma jissemmewx.

    Qabel l-aħħar ħatra, gvern Nazzjonalista għażel erba’ Presidenti oħra, kollha mill-PN. Anki jekk imġibithom fil-kariga kienet korretta, l-għazla tagħhom żiedet minn wieħed għall-ieħor fl-iskala ta’ xinhu politikament diviżiv. X’hemm aktar diviżiv milli gvern jaħtar President lill-eks Prim Ministru tiegħu?

    Kunsiderazzjonijiet hekk twarrbu meta l-PN għażel il-Presidenti “tiegħu”. Id-diskors kien ikun: hekk se jsir. Naf għax kont hemm meta ntqal.

    Issa jridu jiddettaw lill-Prim Ministru attwali biex jagħzel minn fosthom. Bħallikieku biex Malta issir tagħna lkoll, ma jridx l-ewwel jinġab bilanċ favur dawk li għal snin sħaħ twarrbu bla ebda raġuni valida, sempliċement għax ma appoġġjawx lill-PN.

    PRESEPJI

    Għandi impressjoni żbaljata li dis-sena saru anqas wirjiet ta’ presepji mis-soltu? Irnexxieli nara xi sitta, kollha sbieħ, b’fost l-aktar li laqtuni tnejn f’Ħal-Luqa. Fejn f’Milidijiet oħra kont tara bosta avvizi dwar wirjiet, din id-darba deherli li ma rajtx daqstant. Għalkemm imbagħad f’numru kbir ta’ djar li żort, rajt ħafna presepji, uħud minnhom mill-isbaħ.

    Hemm xi ħaġa affaxinanti fil-presepju tradizzjonali u kif jittella’, ġieli fuq firxa ta’ kamra sħiħa. Ħasra jekk id-drawwa tal-presepji l-kbar tbatti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Jan 02, 2014

    L-u

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 02, 2014

    Prosit gbira lil Dr Sant li barra li huwa inteligenti, onest u ta' l-affari tieghu, hu l-aqwa kanditat li jista' jkollha Malta ghall-membru tal-parlament ewropew.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 02, 2014

    Hemm diversi nies validi u serji fil-kamp laburista li jimmerithom kunsiderazzjoni ghal kariga ta President. Ghaliex wara li kien hemm ruxx

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 03, 2014

    Niddiskutu? XEJN diskussjoni imma nitilqu ghax qerditna.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 03, 2014

    L-arroganza tal-PN nahseb gejja mil-fatt tat-tobbija /training taghhom, jahsbu li huma totalment superjuri,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 03, 2014

    x'nambuh president ghac-cermonji? ghaliex ma nbiddlux kollox u naghmlu wiehed ezekuttiv?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 03, 2014

    Niddiskutu maghhom bhal ma kien jiddiskutu maghhom Mintoff ghax dawn hekk biss jifhmu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 04, 2014

    charles miceli jaqaw trid xi President bhal ma ghandna li q

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2014

    Iz-zija Gerit: aktar kelli f'mohhi President elett mill-poplu. Kont qed nahseb ukoll li tinbidel il-kostituzzjoni u l-president ikun ezekuttiv bhal Franza u l-istati Uniti, nghidu ahna.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 06, 2014

    imma inti mhux hekk ghedt charles miceli. Inti ghedt li ma jkunx biss ghac-cerimonji imma ezekuttiv, jigifieri tridu jiehu decizjonijiet li jistghu jkunu kif ghedt jien. Ara dak ikun joghgbok ghax ikun jista&#

    Irrispondi
  •  

Facebook