GĦADMA IEBSA

  • Diċ 29, 2013 16:55
  • Miktub minn

    Il-ministru Joe Mizzi u l-kollaboraturi tiegħu għandhom għadma iebsa quddiemhom. Mhix se tkun ħaġa faċli li jwittu l-fjask papali li t-trasport publiku ġarrab. Dawk li ġew qabilhom, mill-eks ministru Gatt ’l isfel, irnexxielhom bir-“riformi” tagħhom jibdlu sitwazzjoni mqanfda f’waħda kritika. Biex twettaq bidla, m’hemmx agħar minn arroganza mgeżwra fl-imġiba ta’ min jippretendi li jaf kollox aħjar u aktar minn kulħadd.

    Issa l-gvern irid inaddaf l-istraġi tal-Arriva, iżomm it-trasport pubbliku għaddej u jħejji ħalli jgħaddi t-tmexxija tas-sistema f’idejn privati. B’mod jew ieħor, se jkunu ċ-ċittadini li jkollhom iġorru l-piż. Id-dmir tal-ministru Mizzi u sħabu hu li fl-interess nazzjonali jżommu dal-piż kemm jista’ jkun ħafif.

    It-trasport pubbliku f’Malta dejjem kien immexxi mill-privat. Ir-“riforma” kellha tkun fil-mod kif dan il-privat imexxi. Bħas-soltu, minflok ipprovajna ntejbu dak li kien diġà għaddej u bnejna fuqu, rajna ta’ bravi li aħna, kif nibdew kollox “mill-ġdid”. Ġara bħal dejjem – għotorna.

    KONTIJIET

    Smajt diversi kummenti dwar kif ftit jagħmel sens li fil-ġranet tal-Milied u wara, ntbagħtu fid-djar kontijiet tad-dawl u l-ilma, uħud minnhom kbar li ma ngħidlekx.

    Biss, il-Korporazzjoni tal-Ilma u l-Enemalta jridu jitħallsu f’xi ħin jew ieħor tas-servizzi li jipprovdu!

    Forsi punt li jrid jerġa’ jitqies hu kif u meta jintbagħtu l-kontijiet, mhux l-anqas biex dawn ma jaħbtux mal-infieq staġjonali tal-familji. Ħafna nies għadhom iħossu li qed jiġu ċċarġjati żżejjed – li meta jagħmlu lment ma jingħatawx widen – u li l-istruttura tat-tariffi ma tqisx sew il-bżonnijiet reali tal-familji u tal-azjendi ż-żgħar. F’parti minnhom talanqas, dawn il-kummenti huma validi.

    Jibqgħu hekk anki meta fir-rebbiegħa li ġejja, jonqsu t-tariffi tad-dawl u l-ilma.

    FAXXIŻMU

    Hi ħaġa nkwetanti li fl-Ewropa qed terġa’ tqum it-tentazzjoni tal-faxxizmu. Mhix biss mitmugħa mid-dwejjaq li qed iqanqal il-qgħad.

    Hemm ukoll il-problema tal-immigrazzjoni llegali u tat-tnaqqir fil-livelli tal-għajxien fost il-klassijiet bi dħul baxx u medju. Hemm il-biża’ jiżdied dwar l-insigurtajiet tax-xjuħija. U hemm is-sentiment li t-tmexxija tinsab f’idejn membri ta’ elites li jinsabu maqtugħa mill-ħajja vera tal-poplu “komuni”, maqbuda f’kalkoli tekniċi u politiċi li ma jfissru xejn għall-familji.

    Il-partiti demokratiċi kbar u żgħar tal-lemin u x-xellug li ma jaqblux mal-faxxiżmu jagħmlu ħażin jekk jinjoraw dawn il-problemi. Anzi, jridu juru li qed jagħtuhom importanza u jaffaċċjawhom b’rieda soda. Mhuma se jaslu mkien jekk sempliċement jagħfsu fuq kundanni tal-faxxiżmu waqt li jibqgħu nofs kliem dwar il-problemi li qed ikebbsuh.

    Awguri lill-editur, l-istaff u l-qarrejja ta’ inewsmalta.com, u lill-familji tagħhom għal Sena Ġdida mimlija riżq.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Diċ 30, 2013

    It-trasport pubbliku ghandu jew jibqa tassew pubbliku immexxi mill-Gv

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2013

    Imposed multiculturalism, as some dreamy northern European socialists are fanning, is leading to increased fascism and extreme right revamping as a natural,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2013

    Nahseb li l-partiti l-kbar iridu bis-serjeta' janalizzaw

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2014

    Frangisku iktar ma tippruvaw twikkun

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 06, 2014

    Fra

    Irrispondi