LOCKERBIE

  • Diċ 23, 2013 09:17
  • Miktub minn

    Niddubita kemm qatt tista’ tinstab il-verità sħiħa dwar il-każ ta’ Lockerbie. Għall-ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ dak l-attentat faħxi, il-midja reġgħet qanqlet il-mistoqsijiet dwar kif seħħ – u min kien tassew responsabbli.

    Wieħed jifhem il-ħerqa kbira tal-familjari tal-vittmi biex tinkixef il-verità kollha. Kieku kont wieħed minnhom, hekk ukoll kont inkun irrid li jsir. Imma bħal fil-każi tal-korruzzjoni, madwar storja ta’ dik il-gravità jitqanqlu geġwiġija ta’ interessi okkulti u sigrieti li jfittxu biex joskuraw u jħawdu kull aspett. Maż-żmien, it-taħwid tagħhom inawwar il-ħjilijiet u l-fdalijiet li jistgħu jwasslu għal narrativa fiabbli ta’ kif ġraw il-fatti.

    Aktar u aktar dan hu minnu dwar il-każ Lockerbie u inċidenti simili. Involuti jkun hemm is-servizzi sigrieti ta’ stati u ta’ movimenti terroristiċi jew populari. Fuqhom ftit li xejn jinżammu kontrolli serji fid-demokraziji tal-punent – aħseb u ara fi ħdan xrieki oħrajn.

    KLIEM MERKEL

    L-ewwel diskors tal-kanċellier Angela Merkel bħala l-kap tal-gvern ġdid ta’ koalizzjoni fil-Bundestag Ġermaniż kien dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea u ż-żona ewro.

    Poġġa sfida quddiem il-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni. Il-Ġermanja se tistinka biex jinfetħu negozjati ġodda ħalli jerġgħu jinbidlu t-trattati li bħalissa jorbtu l-għaqda Ewropea. Trid arranġament fejn it-tmexxija ekonomika tal-pajjiżi membri tal-Unjoni tkun ċentralizzata per mezz ta’ ftehim kuntrattwali pajjiż pajjiż mal-Kummissjoni Ewropea. Jekk dan jiġri, qalet Merkel, il-Ġermanja tkun disposta li toħroġ aktar flus ħalli tappoġġja l-iżvilupp ta’ pajjiżi Ewropej li jibqgħu ekonomikament lura.

    Anke Franza ma jidhirx li qed taqbel ma’ din il-proposta. Ħafna qed jarawha bħala pass ieħor fit-triq li biha l-Ewropa se tiġi mfassla fuq mudell Ġermaniż.

    Sa issa madankollu, kull proposta li saret mill-Ġermanja... ukoll meta bdiet b’nuqqas ta’ qbil dwarha... spiċċat li b’xi mod tkun aċċettata.

    Il-ħames snin li jmiss se jkunu kruċjali għal kif l-Unjoni Ewropea se tissawwar fil-futur.

    FUTBOL

    Fuq ir-radjo tal-karozza kienu qed jittrasmettu r-riżultati tal-partiti fil-Lega Ingliża mill-BBC. It-trasmissjoni ftit dehritli differenti minn dawk li ġieli smajt meta kont għadni tifel. Saqsejt lili nnifsi: minn dak iż-żmien lil hawn affarijiet oħra wkoll baqgħu l-istess?

    Il-qagħda u l-imġiba politika? Le, inbidlu – u bil-kbir. Il-qagħda ekonomika? Le. It-twemmin u l-prattika reliġjuża? Le. Il-modi kif in-nies tgħix u tonfoq u tikkomunika u tiddeverti? Ukoll inbidlu bil-kbir.

    Madankollu, l-interess fil-futbol (Ingliż, Taljan u forsi Malti), donnu baqa’ l-istess miż-żmien imbiegħed ta’ tfuliti.

    ***

    Xewqat sbieħ għal Milied hieni lill-editur, staff u qarrejja kollha tal-inews u l-familji tagħhom.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Diċ 23, 2013

    Prosit dejjem.Awguri lilek wkoll

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 23, 2013

    Il-kwistjoni ta' Lockerbie hija GID

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 23, 2013

    @Tony. Ma naqbel xejn mat-tezi tieghek. Infakkar biss li hames xhur qabel, fil-5ta' lulju 1988, il-Kaptan tal-Cruiser Amerikana USS VINCENNES, kien spara missila u waqqa' a

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 23, 2013

    Leli L-Anzjan dik mhux it-teorija tieghi imma ta' numru ta' esperti li kienu investigaw il-kaz ima li kemm l-Amerikani kif ukoll l-Inglizi warrb

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 23, 2013

    Leli L-Anzjan it-tpattija mill-Iran kienet wahda mit-tezijiet li tressqu imma ma kienx hemm ebda prova dwarha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 23, 2013

    @Tony. Nibqa' nsostni it-teorija tieghi, Tahsibx li qed naqbez ghall-Amerikani jew l-Inglizi. Altru. Dawn jaghmlu minn kollox biex jitfghu il-gebla u jahbu idhom. Drajnihom. Dawn amke jispjunaw fuq il-HBIEB taghhom !!!.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 24, 2013

    Leli L-Anzj

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 26, 2013

    Dr Sant, fakkartni f'lecturer l-Universita' li llum huwa professur li meta kien hemm il-kaz ta' Loclerbie, kien jghidlu Lockerberry. Imma llum dan professur favur hafna l-Unjoni Ewropea ghax dejjem hemm kien mohhu.

    Irrispondi