TROJKA

  • Diċ 19, 2013 09:19
  • Miktub minn

    Il-Parlament Ewropew qed iħejji rapport dwar l-hekk imsejħa trojka li fl-aħħar snin kienet issorveljat il-gvernijiet tal-Greċja, l-Irlanda, l-Portugall u Ċipru fit-twettiq tal-ftehim maż-żona ewro biex jilqgħu għall-ħofra diżastruża fil-finanzi publiċi tagħhom.

    It-trojka hi magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Fond Monetarju Internazzjonali. Insistiet biex dawn il-pajjiżi jdaħħlu miżuri ta’ awsterità: impjegati tkeċċew jew raw is-salarji tagħhom jitqaċċtu; pensjonijiet u servizzi soċjali tnaqqsu; impriżi tal-gvern ingħalqu jew inbiegħu. B’hekk setgħu “jonoraw” il-kondizzjonijiet tas-self ta’ biljuni li ħadu miż-żona ewro.

    Biss, it-trojka minn fejn ġabet il-poter tagħha li tikkmanda lill-gvernijiet? Skont liema kriterji ħadmet? Min issettja dawn il-kriterji u fuq liema bażi?

    It-trattati li waqqfu ż-żona ewro imkien ma jsemmu xi trojka. Din inħolqot b’deċiżjoni tal-gvernijiet ħalli jsegwu x’qed isir mis-self li ħarġu lill-pajjiżi milquta b’kriżi.

    Qed jagħmel tajjeb il-Parlament Ewropew li jinsisti biex it-trojka tagħti rendikont ta’ x’għamlet sa issa.

    INĠUSTIZZJA LEGALI

    Din storja li ma stajtx nemmen. Qaluli li hi perfettament possibbli u legali. Ġrat matul is-snin, taħt gvernijiet differenti.

    Il-gvern ħa f’idejh garaxx mingħand sidu. Waqqa’ kollox fil-madwar u bena blokk sħiħ, fejn żamm il-garaxijiet. B’kumpens tal-art, lis-sid offrielu ħlas ta’ 500 ewro fis-sena. Biss biex ikun jista’ juża l-garaxx tiegħu li reġa’ nbena, il-gvern iċċarġja kera ta’ 1,500 ewro fis-sena lis-sid oriġinali. Dan kollu skont proċedura li tissejjaħ “possession and use”. (Iċ-ċifri mhumiex dawn li qed nagħti, imma juru d-differenza bejn dħul u ħruġ għas-sid.),

    Jidhirli li dan mhu xejn ħlief każ ta’ inġustizzja legali. Mhux ta’ b’xejn li s-sid għadu jħoss sentiment ta’ qrusa għal dak li ġarrab.

    STUDJI KLASSIĊI

    Ħadt gost niltaqa’ ma’ studjuż tal-Latin u l-Grieg, ilsna li għalkemm “mejta” għadhom iżommu ħajja l-wirt ta’ eluf ta’ snin ta’ għerf u tiġrib-il bniedem fil-Mediterran u lil hinn minnu. Mingħandu erġajt ikkonfermajt l-interess li hemm filli nżommu qawwi l-għarfien ta’ x’jista’ jinsilet ta’ siwi u ta’ pjaċir mill-kitba ta’ awturi klassiċi. Nagħmlu żball inħalluhom jintesew fuq xkaffar mimli trab.

    Ġulju Ċesri, Takitus, Kikerun, Titus Livius, Omeru u Ewripide għad għandhom x’joffrulna anke fid-dinja tal-lum fejn b’mod naturali qed jiżdied bil-kbir l-għadd ta’ “digital natives” – jiġifieri persuni li sa mit-twelid, qed ikunu midħla ta’ apparati elettroniċi għall-komunikazzjoni: terminu li sirt naf xi jfisser dan l-aħħar.

    “Ngħir” għal dawk li llum għandhom il-ħila li jaqraw l-istejjer u t-tifkiriet tal-kittieba kbar Latini u Griegi fl-ilsien li bihom inkitbu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Diċ 19, 2013

    It-Trojka hija dittatorjat korrott iehor bejn l-UE u l-IMF biex ifaqqru l-popli halli ta' fuq jibqghu jistaghnew. Dwar l-Ingustizzja legali hekk hu, INGUSTIZZJA mill-awtoritajiet perp

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 19, 2013

    Dak jissejjah SERQ LEGALI ! Ghahekk dak kollu li hu "LEGALI", ma jfissurx li hu gust u sewwa !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 19, 2013

    Kif jahsbuha barra fuq il-politici u

    Irrispondi