We are the champions

  • Aww 15, 2012 17:23
  • Miktub minn

    Issa li għadda l-Logħob Olimpiku, forsi tingħata aktar attenzjoni għal studju li ħareġ ftit qabel bdew l-Olimpjadi fil-ġurnal mediku “The Lancet”. Riċerkaturi mill-Brażil studjaw l-imġiba tal-popli tad-dinja biex jaraw liema jagħmlu l-aktar jew l-anqas eżerċiżżju f’ħajjithom ta’ kuljum. Tqies li qiegħed jagħmel eżerċizzju biżżejjed min ikun jew fiżikament attiv b’mod moderat tul nofs siegħa għal ħamest ijiem fil-ġimgħa; jew attiv b’mod pjuttost qawwi għal 20 minuta tliet ijiem fil-ġimgħa; jew attiv skont xi għażla bejn dawn iż-żewġ alternattivi. Ir-riċerkaturi ħarġu tabella bir-riżultati.

    Malta rebħet il-medalja tad-deheb bħala l-aktar pajjiż “għażżien” tad-dinja. 72 fil-mija tal-adulti f’pajjiżna ma jagħmlux l-eżerċizzju fiżiku meħtieġ biex iżżomm f’saħħtek. Is-Sawdi Arabja u s-Sważiland ġew warajna, it-tnejn b’69 fil-mija.

    Stramb kif ir-rebħa tagħna f’dan il-kampjonat ftit ingħatat attenzjoni.

    ***

    Il-Problemi f'Mater Dei

    Il-unjin tal-infermiera ipproponiet li jinbena sptar ġdid biex fih ikunu kkonċentrati l-każi akuti ta’ kura, għax il-Mater Dei mhux ilaħħaq. Ma nafx il-proposta tagħhom hix fattibbli. Imma żgur inħasbet bħala soluzzjoni għall-problemi enormi fit-tmexxija tal-isptarijiet li donnhom żdiedu kemm ilna bil-Mater Dei.

    L-isptar hu monument għall-inkompetenza u agħar tal-PN fil-gvern. It-teknoloġija li qed tintuża fih hi “state of the art”, veru – mill-bqija, il-Mater Dei kien mill-bidu nett taħwida sħiħa. Beda bħala skrukkjatura tal-Fondazione Milaniża San Raffaele. Bejn l-1996 u l-1998, il-gvern Laburista sab il-proġett mibdi u ma setax iwaqqfu. Neħħejna lil San Raffaele. Bdilna l-proġett fi sptar ġenerali ġdid. Il-gvern Nazzjonalista ta’ wara naqqas in-numru ta’ sodod b’xi 18 fil-mija: ġennata. Kellna mbagħad emoraġija ta’ miljuni ta’ ewro f’nefqa żejda. Il-bini ġie jiswa aktar mid-doppju ta’ li kien stmat fil-bidu.

    Għadna nbatu minn dik l-inkompetenza u ħala.

    ***

    Gore Vidal

    Bil-mewt ta’ Gore Vidal għeb l-aħħar mill-erba’ rumanziera li bqajt inqishom bħala l-aqwa tal-letteratura Amerikana “kontemporanja”. It-tlieta l-oħra kienu Saul Bellow, John Updike u Norman Mailer. Forsi dan il-ħaqq mhux ġust fir-rigward ta’ kittieba oħra bħal Roth, Capote, Pynchon, Vonnegut u oħrajn. Imma l-gosti huma dak li huma.

    Lil Vidal apprezzajtu għall-kwalità kristallina tal-istil tiegħu. Anki meta jikteb dwar suġġetti trivjali jew superfiċjali, kif għamel kemm-il darba, l-għażla tal-kelma u tal-espressjoni tibqa’ dejjem preċiża u sottili. Qatt ma beża’ mill-provokazzjoni. Għalhekk li mit-tliet kittieba l-oħra, l-aqwa kuntrasti li kellu kienu ma’ Mailer. Dan kien jaf ikun provokattiv daqsu jew aktar, imma b’mod differenti. Vidal ħalla warajh żewġ jew tliet kapolavuri li mhux se jmutu miegħu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Aww 20, 2012

    Peppi Azzopardi jghid; “Lil Alfred Sant kont u ghadni nammirah” http://andrewazzopardi.org/2012/08/20/peppi-azzopardi-jghid-lil-alfred-sant-kont-u-ghadni-nammirah/

    Irrispondi
  •  

Facebook