KORRUZZJONI' TRASPARENZA'

  • Diċ 08, 2013 17:48
  • Miktub minn

    Kienet ħaġa minn ewl id-dinja li fil-lista dwar korruzzjoni dinjija ta’ Transparency International, Malta se taqa’ aktar ’l isfel. Fil-lista titkejjel pajjiż b’pajjiż, il-perċezzjoni ta’ korruzzjoni: jiġifieri kemm ċittadini u istituzzjonijiet soċjali u ekonomiċi jemmnu li l-korruzzjoni hi qawwija.

    Aktar ma għaddew is-snin, aktar dan is-sentiment dwar korruzzjoni f’Malta żdied.

    Fl-aħħar sena u nofs, skattaw fostna tliet każi spettakolari: ta’ tixħim fil-ġudikatura; ta’ allegat attentat ta’ korruzzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea; u ieħor li għadu għaddej dwar korruzzjoni sistemika fix-xiri taż-żjut mill-Enemalta. Kif setgħet il-perċezzjoni dwar il-korruzzjoni f’pajjiżna ma teħżienx?

    Punt interessanti din is-sena kien kif il-midja tal-Partit Nazzjonlista taw importanza lir-riżultati mxandra minn Transparency. Sa ftit ilu, il-mexxejja tal-PN kienu jargumentaw li l-aġenzija tkejjel kif jaħsbuha n-nies, mhux kif inhi tassew ir-realtà; u li għalhekk dak li hi xxandar ftit għandu relevanza fil-ħajja reali. Mhux aktar.

    L-AFRIKANI

    Fil-Ginea, Seku Toure laqa’ l-isfida tal-President de Gaulle fi Franza, u tellaq lill-Franċiżi kollha ’l barra minn pajjiżu; riedu tassew sovran.

    Fil-Gana, Kwame Nkrumah kiseb l-indipendenza, mexxa kampanja favur għaqda pan-Afrikana u pprova jindustrijalizza lil pajjiżu.

    Fit-Tanzanija, Julius Nyerere ressaq lill-pajjiż lejn l-indipendenza u vara proġetti ta’ koperattivi fl-irħula bl-isem ta’ “ujamaa”.

    Fil-Kenja, Ġomo Kenjatta mexxa b’suċċess gwerra ħarxa tal-gwerilla għall-ħelsien kontra r-reżistenza ta’ residenti bojod li ħadu f’idejhom l-aqwa artijiet.

    Il-lista ta’ mexxejja Afrikani distinti tkompli: Patrice Lumumba, tal-Kongo... Kenneth Kaunda taż-Żambja... Leopold Senghor tas-Senegal... Hastings Banda tal-Malawi... Tom Mboya u Odinga Odinga tal-Kenja... Mugabe taż-Żimbabwe...

    Imma kellu raġun il-President Zuma tal-Afrika ta’ Isfel jistqarr li Nelson Mandela għandu jitqies bħala l-aqwa mexxej Afrikan. Fiż-żmien meta l-oħrajn wettqu l-miraklu tal-ħelsien politiku, hu kien il-ħabs. Irnexxielu minkejja l-esperjenza kerha li għadda minnha, iniedi politika effettiva li warrbet il-mibegħda biex toħloq perspettivi ġenwini ta’ rikonċiljazzjoni.

    KUNĊIZZJONI

    Kien temp mill-isbaħ il-bieraħ filgħodu Bormla għall-festa tal-Kunċizzjoni Immakolata. Kien ili ftit ma mmur għaliha.

    Bħas-soltu, il-Knisja kienet ippakkjata tisma’ l-paniġierku. Fil-każin ta’ San Ġorġ iltqajt ma’ ħbieb li spjegawli l-isfidi quddiem il-każin. Mal-ġenb tat-triq li ssegwi l-linja tad-daħla portwarja, ħbieb oħra kienu qed igawdu l-jum.

    Kelli dehra ċara tax-xogħlijiet li qed javvanzaw sew. Max-xatt Bormliż u dak kollu li jgħaqqdu mal-bqija tal-Kottonera, l-ambjent qed jissebbaħ u jintgħamel modern.

    Ix-xogħol daqt jintemm. Ħolma li kelli ilu ħafna, li nagħmlu mill-Kottonera kalamita turistika, riesqa ftit wara l-ieħor, lejn it-twettieq tagħha.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 10, 2013

    Bil-kemm kemm Fenech Adami ma kienx ihossu xi Mandela iehor bir-rikonciljazzjoni li jiftahar li kien gab!

    Irrispondi
  •  

Facebook