PAGA TA’ IMĦALLEF

  • Diċ 05, 2013 10:06
  • Miktub minn

    Waħda mir-rakkomandazzjonijiet mill-ħafna interessanti fir-rapport tal-Kummissjoni Bonello dwar riformi fil-ġudikatura hi li imħallfin u maġistrati jibdew jitħallsu skont livelli Ewropej

    Il-ġudikanti – bil-maqlub ta’ professjonisti oħra fis-servizz pubbliku – ma jistgħux iżidu mal-paga tagħhom billi jagħmlu xogħol privat. Għalhekk, l-idea tidher ġusta u tajba.

    Min-naħa l-oħra tqajjem diffikultà. Għaliex għandhom ikunu l-imħallfin biss li jingħataw din iż-żieda fil-paga? M’hemmx ħaddiema oħra fis-settur pubbliku – anki privat – kbar, żgħar – professjonisti jew le – li ma jitħallsux skont livelli Ewropej? X’għandu jsir dwarhom?

    Wegħda kbira li għamlulna mal-għaxar snin ilu kienet li l-pagi u s-salarji f’Malta se jiżdiedu u jilħqu livelli Ewropej. Ma tantx jidher li dan ġara, ħlief għal ftit kategoriji soċjali. Hekk li llum Malta tinsab maqsuma f’żewġ saffi: ta’ dawk li soċjalment huma aġevolati sew, u l-bqija.

    Bil-proposti tagħha l-Kummissjoni trid tiżgura li l-ġudikanti ma jkunux mal-bqija.

    INVESTIMENT FIL-ĠERMANJA

    Hu impressjonanti l-ftehim għat-twaqqif ta’ gvern ta’ koalizzjoni bejn il-partiti Ġermaniżi – min-naħa d-demokristjani, CDU u CSU immexxija mill-kanċellier Merkel, u mill-oħra s-soċjalisti, l-SPD. Il-ftehim jidħol b’reqqa fi proġett ta’ tmexxija u ftit iħalli dellijiet madwaru. Jistqarr prinċipji politiċi, b’miżuri ċari għat-twettiq tagħhom.

    Biss l-aktar li laqatni fih hu l-għarfien ta’ sfida quddiem il-Ġermanja li personalment ili nsemmiha għal Malta: il-ħtieġa li fiż-żmien li ġej, jitkattru l-investimenti publiċi u privati.

    It-trattat bejn il-partiti juri impenn għal miżuri soċjali ġodda li s-soċjalisti insistew fuqhom. Sadattant, il-gvern se jsostni impenn qawwi biex permezz ta’ investiment ġdid, l-infrastruttura u l-impriżi tal-Ġermanja jibqgħu jagħtu kontribut kbir fiż-żamma tal-kompetittivita tal-ekonomija kollha kemm hi.

    Ma jikkonvinċinix it-tbassir li qed isir dwar kif – minħabba l-ftehim bejn il-partiti – fis-snin li jmiss, il-Ġermanja se tkun daħlet għar-riskju ta’ staġnar ekonomiku.

    ARMAGEDDON

    Ġieli tiġik il-feċċa li tara jew terġa’ tara films mill-passat li żmienhom għadda. Hekk ġrali b’ “Armageddon” ta’ Bruce Willis – l-attur jiddomina l-film kollu. Did-darba, jirnexxielu jsalva l-pjaneta, għalkemm mhux ġildu. Dan wieħed minn sensiela ta’ films li kienu nħarġu dwar diżastri, b’intriċċ li jinsab fil-linja ta’ films klassiċi bħal “The Dirty Dozen” jew anki Is-Seba’ Samuraj.

    F’“Armageddon” naraw asterojde riesqa biex taħbat mad-dinja u teqred kull ħajja, bħal ma ġara fi żmien id-dinosawri. Willis u sħabu, esperti fit-tħaffir tal-bjar taż-żejt, jintbagħtu fuq l-asterojde biex iħaffru bir, iwaddbulu splussivi nukleari u jtajru l-asterojde bogħod minn triqitha sad-dinja.

    Waqt li jiġri dan kollu, anki jekk ftit temmen milli qed tara, ma tiddejjaqx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Diċ 05, 2013

    Rakkomondazzjoni biex il-gudikanti jibdew jithallsu skont livell Ewropej. Hekk sewwa u xieraq li lil min ghandu hafna, naghtuh aktar u lil min ghandu ftit ma naghtuh xejn! Dik guztizzja Ewropeja!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 05, 2013

    Dwar ir-raguni fuq il-paga tal-gudikaytura ma nabielx.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2013

    Sewwa ghedt Dr Sant. Ghalfejn il-gudikanti biss? Ghalfejn il-Gudikanti u l-MPs biss jiehdu pensjoni ta' zewg terzi tas-salarju KURRENTI u tal-bqija tal-poplu hija ikkappjata? Ghalfejn ukoll il-pensjoni

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2013

    Bir-rispett kollu lejk ghax naf li inti wiehed mill-ftit politici onesti li ghandna Malta. Se nhallia bl-Ingliz kif sibtha fuq gazzetta Ingliza dwar kif l-Inglizi jahsbu fuq il-politici taghhom u nahseb li din tghodd ukoll ghall-maggoranza tal-p

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2013

    Dr. Sant, jiena naf li inti wieħed mill-ftit politiċi omesti li kien hawn f'Malta, izda nhoss li dak li għadek kif ikkummentajt dwaru rigward is-salarju tal-Imħallfin ma naqbel assolutament xejn li dawn jiġu daqs dawk t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2013

    Barra min hekk Dr. Sant, jiena bħala ex-membru tal-Forzi Armati flimkien ma membri ta' Forzi dixxiplinati oħra qed inbagħtu inġustizza kbira meta naslu biex nikkwalifikaw għall pensjoni tal-irtirar, jiġifieri il-pensjoni tal-

    Irrispondi