IMGĦAX

  • Diċ 02, 2013 09:03
  • Miktub minn

    It-twissija tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali lill-banek Maltin waslet ftit tard, imma għandha tingħata widen. Fiż-żona tal-ewro u barra minnha, l-imgħaxijiet fuq depożiti, self u proġetti naqsu bil-kbir. Ħlief f’Malta.

    Biex titqanqal il-ħidma ekonomika u anke minħabba li l-effetti tar-riċessjoni baqgħu jinħassu sew, kien jagħmel sens li dan jiġri. Jirrifletti l-konsegwenzi tal-kompetizzjoni ħielsa – la bir-riċessjoni jonqsu l-bejgħ u x-xiri, se jkun hemm anqas talba għal fondi ta’ self; mela l-prezz tal-fondi msellfa, jiġifieri l-imgħax, għandu jonqos. Mhux f’Malta.

    Hawn li ġara kien li l-imgħax mogħti mill-banek fuq depożiti li jagħmlu ċ-ċittadini niżel sew, bħal f’pajjiżi oħra. Imma l-imgħax li jitolbu l-banek fuq self lin-negozji u liċ-ċittadini baqa’ għoli. Il-qliegħ tal-banek żdied a spejjeż tad-depożitanti u ta’ min jissellef. Il-banek qed japprofittaw ruħhom mis-sitwazzjoni ta’ kważi-monopolju li jgawdu.

    B’hekk, qed joħonqu t-tkabbir ekonomiku. Mhux sew.

    CUSTOMER CARE

    L-espressjoni “customer care” li ta’ spiss nisimgħu, tfakkarni l-aktar fis-servizzi ta’ xi supermarket biex jittratta l-ilmenti tal-klijenti. Saret tintuża wkoll fil-qasam politiku, għall-miżuri li jieħdu l-partiti u l-politiċi biex jilqgħu problemi mressqa minn ċittadini u kostitwenti. F’dat-tieni użu, l-espressjoni ftit togħġobni.

    Ir-relazzjoni bejn politiku u kostitwent tmur lil hinn minn dik ta’ bejn klijent u supermarket. Titlaq minn idea ta’ ħidma favur il-ġid ta’ kulħadd biex tagħraf għaliex f’każi partikolari din il-ħidma mhijiex tasal, ħalli jekk possibbli, ssib rimedji ġusti. Hu xogħol li jrid paċenzja, ħila biex tifhem il-weġgħat u l-aspirazzjonijiet ta’ nies li jiġu minn kull settur tas-soċjetà, u sensittività. Dan kollu jqajjem sfidi kbar ta’ imġiba u kommunikazzjoni għal min jidħol għax-xogħol.

    Nammira lil dawk li fil-ministeri jwettqu d-dmirijiet tagħhom f’dan il-qasam b’interess u impenn, minkejja l-frustrazzjoni li ġieli jkollhom iġarrbu.

    FROTT

    Qabel ir-rokna fil-programm ta’ Alfred Zammit “Kalamita” li nattendi għaliha, b’interess nisma’ fl-istudjo il-puntata tal-preżentazzjoni dwar ġonna u pjanti mtellgħa mis-sur Piscopo (“ta’ Burmarrad”),.

    Laqatni ħafna punt li jagħmel dwar kif il-frott u l-fjuri huma l-wild tal-pjanti/siġar, li se jagħmlu minn kollox biex isalvawhom meta jinqala’ l-għawġ – nixfa kbira jew theddida ta’ xi marda.

    Innotajt kemm hi vera dil-ħaġa dan l-aħħar f’siġar tal-larinġ. Għal ġimgħat sħaħ ġarrbu nixfa kbira. Il-weraq dbielu, il-frott baqa’ aħdar u ċkejken wisq.

    Issa li għamlet ix-xita bil-qliel fuq ftit tal-jiem, minnufih il-frott beda jisbieħ u jikber. Donnu li wara li s-siġra rnexxielha żżommu mdendel minnha, issa qed tibgħatlu dak kollu li jeħtieġ biex tpattilu malajr kemm jista’ jkun għad-dwejjaq tal-ġimgħat ta’ qabel.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2013

    Dr. Sant, hawn Malta ghamdi l-impressjoni li "Customer Care", f'certi postijiet, aktar jixirqilhom l-isem : " Customer, we do not care " !!!

    Irrispondi
  •  

Facebook