TMEXXIJA TA’ SPTAR

  • Nov 24, 2013 16:28
  • Miktub minn

    Ma skantajtx mhux b’dak li “sab” l-eks-Kummissarju Dalli meta investiga t-tmexxija fl-isptar Mater Dei. Li skantani hu kif tant nies skantaw bis-sejbiet tiegħu. Donnhom ma kinux jafu li l-isptar ilu jaffaċċja problemi enormi. Nemmen li baqa’ aktar problemi x’jinstabu.

    Matul is-snin disgħin u l-ewwel deċennju ta’ dan is-seklu, sħabi u jien ma qtajniex milli nwissu dwar x’kien għaddej fl-isptar li nbena f’Tal-Qroqq. L-għazla tat-teknoloġija medika għalih kienet “state of the art”. Il-bini nnifsu, ix-xiri u t-twaqqif tat-tagħmir, it-trasferiment minn San Luqa għal Mater Dei saru bi tgerfix u ħala profondi, biex ma ngħidx agħar. Naturalment, dan wassal biex imbagħad it-tmexxija kurrenti tal-isptar il-ġdid issir imħarbta, ineffiċjenti u goffa bl-ispejjeż.

    It-twissijiet tagħna ġew injorati jew ridikolati mill-kabinetti Nazzjonalisti ta’ dak iż-żmien. Huma jġorru responsabbiltà kollettiva tremenda għall-miljuni ta’ ewro li nħarqu u għadhom jinħlew f’Mater Dei.

    Illum, is-suċċessuri tagħhom isibuha komda li jistqarru kif jridu tmexxija b’“kunsens” bejn il-partiti fil-qasam tas-saħħa.

    IBERIA

    Il-kumpanija tal-ajru Spanjola Iberia qed tara kif tiskansa mill-falliment billi tirristruttura – proċess li għadda mill-għarbiel tal-Kummissjoni Ewropea. Qanqal ħafna diffikultajiet fost ħaddiema, managers, klijenti, ministeri tal-gvern u sħab tal-kumpanija fin-negozju.

    Iberia qalgħet daqqiet kbar: bil-wasla tal-kumpaniji tal-ajru “low cost”, tilfet biċċa sostanzjali tas-suq tagħha; u r-riċessjoni qawwija li ħakmet lil Spanja kompliet tnaqqsilha l-bejgħ. Biex tagħqad, id-drawwiet li Iberia rabbiet bħala kumpanija nazzjonali, żidulha sew l-ispejjeż. Għamluha aktar riġida fil-mod kif tista’ tilqa’ għal xejriet ekonomiċi differenti minn dawk tal-imgħoddi.

    Illum qed jintqal li l-Iberia bdiet tagħti sinjali ta’ fejqan. Uħud mill-osservaturi indipendenti tan-negozju Spanjol mhumiex konvinti.

    Favur l-Iberia hemm punt wieħed: toffri pjattaforma għal vjaġġi lejn l-Amerika Latina; f’hekk, għalkemm kumpaniji bħal Air France qed jikkompetulha sew, għadha l-aqwa fl-Ewropa.

    IMSEJKNA KARIBEJ!

    Fil-kontroversji tal-aħħar ġimgħat dwar iċ-ċittadinanza doppja, laqatni t-ton ta’ disprezz li bih uħud tkellmu dwar il-gżejjer tal-Karibew... Barbados, Antigua, Sta Lucia u l-bqija. Qishom gżejjer immexxija minn nies ta’ bla stoffa, li ma tistax tafdahom eċċ. eċċ. Ir-razziżmu tagħna l-Maltin ma jintweriex biss f’li ngħidu dwar l-immigranti llegali...

    Bħallikieku l-gżejjer/stati tal-Karibew m’għandhomx biex jiftaħru fl-identità, fil-kultura, fl-ekonomija, fl-istil ta’ ħajja u fil-potenzjal tagħhom.

    Per eżempju Santa Lucia: gżira indipendenti b’firxa ta’ 617 kilometru kwadru u b’174,000 ċittadin. Imma minn fosthom diġà ħarġu żewġ rebbieħa tal-Premju Nobel: l-ekonomista Arthur Lewis fl-1979 u l-poeta Derek Walcott fl-1993. Ma jidhirlix li f’Malta, aħna ninsabu qrib kisba bħal din, talanqas sa issa.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Nov 25, 2013

    Mela l-ewwel kellna il-famuza Svizzera fil Mediterran, u issa jkollna il- karibew fil Meditterran, hallina kwieti Dr Sant

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 25, 2013

    Tatix kas il-kummenti negattivi imma bla su

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 25, 2013

    CIKKU tidher li ma jdoqqlikx ghal widnejk dak li qal Dr Sant. Komplu i

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 25, 2013

    ghall-inqas ahjar minn continent b'sitta u ghoxrin miljun ruh qigheda bhall- EU.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 25, 2013

    Cikku ghandekk mohh ta' tigiega u bajju. Ghalmenu ghamel kumment sura bhala argument fuq dak li kieteb Dr Sant

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 26, 2013

    Laqatni hafna l-punt li ghamilt fuq il-gzejjer tal-Karibew. Qed tinghata impressjoni hazina ta'

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 26, 2013

    proset dr sant min jaf kieku imur xi hadd ilkaribew jaghdilom xi numa jighdu il pn fuqom halli izomuilom fil komma

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 26, 2013

    CIKKU IMQAR KELLEK MELHA MIN DR SANT GHAX KIKKU LI -NIES DAROM DUBBIEN IMMA MIN KITBITEK HMAR KONT U HMAR HA TIBQA.

    Irrispondi