PENSJONI FL-ARMATA

  • Nov 14, 2013 10:10
  • Miktub minn

    Tistagħġeb kif tgħaddi ħafna snin, anki ħajtek kollha, temmen li xi ħaġa ssir bl-aktar mod naturali, imbagħad issib li mhux hekk, li ma ssirx.

    Dan l-aħħar iltqajt ma’ każ ta’ armla ta’ suldat fl-armata li miet, mhux fuq ix-xogħol, fit-tlieta u għoxrin sena tas-servizz tiegħu. Fl-armata, bħal fil-pulizija, wieħed iqatta’ 25 sena fiss ta’ xogħol “dixxiplinat” u minnufih wara, ikun intitolat għal pensjoni. Bħala l-aktar ħaġa naturali, kont nissoponi li l-armla ta’ suldat li jmut qabel itemm żmien fil-korp, tieħu xi parti tal-pensjoni tiegħu forsi kkalkolata proporzjonalment fuq kemm ikun serva mill-25 sena li kellu jservi.

    Mentri mhux hekk. Il-pensjoni kollha tintilef. Li din l-armla rċeviet (u kellha tliet itfal xi trabbi), kienet somma żgħira, ex gratia, t-terz ta’ flus miġbura minn fost il-membri tal-armata, bħala għajnuna ta’ darba lid-dipendenti ta’ sħabhom li jkunu mietu matul is-sena.

    Ma jidhirlix li din hi ħaġa ġusta.

    KURA TAS-SAĦĦA B’XEJN

    Ngħidu li l-kura tas-saħħa f’pajjiżna hi parti mis-servizzi soċjali u li hi b’xejn. Dan mhux korrett. Il-mediċini “out of stock” li l-pazjenti jkollhom jixtru, kif ukoll il-listi twal ta’ stennija għal operazzjonijiet hekk li ħafna jkollhom imorru fil-privat, huma piż finanzjarju fuq il-familji.

    Hemm ukoll firxa sħiħa ta’ mediċini li mingħajrhom pazjent ma jistax jgħix u li mhumiex provduti mis-servizzi statali tas-saħħa. Fosthom mediċini tal-kimo fil-kanċer; għal kontra l-osteoporożi; għal kontra d-dimenzja u l-marda ta’ Parkinson. Kollha jaħbtu fost l-aktar mediċini għolja fil-prezz.

    Igħidulek: kif jista’ gvern jixtri l-mediċini kollha li ċ-ċittadini jeħtieġu, speċjalment dawk bi prezz għoli? Veru. Il-bużillis hu li min għandu dħul baxx għal medju l-aktar li jaffaċċja problemi meta jiġi bżonn ta’ din id-duwa tassew għolja, għal mard li qed jinfirex ħafna fostna.

    ĠERMANJA BLA ĦOFOR

    Ħafna pajjiżi Ewropej qanqlu tħassib għax ma jistgħux irażżnu l-iżbilanċi fil-baġits tal-gvern, u għax mhumiex jirnexxielhom ibigħu barra aktar milli jixtru, ħaġa li toħloqilhom żbilanċ kummerċjali.

    Il-Ġermanja bil-maqlub. Mhux talli l-baġit tal-gvern tagħha dejjem b’bilanċ favorevoli, imma anki l-kummerċ tagħha. B’hekk qed tikkontribwixxi biex il-pajjiżi msieħba magħha fl-ewro jibqgħu jaqdfu kontra l-kurrent.

    Allura qed tikber stennija biex il-Ġermanja tieħu miżuri li jżidu l-importazzjoni tagħha u biex il-gvern jonfoq aktar. Bl-ebda mod il-gvern Ġermaniż ma jrid isegwi din ir-riċetta. Il-politika li għaddejjin biha hi t-tajba, qed jinsisti.

    Hu impossibbli li kulħadd jispiċċa b’bilanċ kummerċjali favorevoli. Għal kull min jirnexxilu f’dan, xi ħadd ieħor irid jispiċċa bi żbilanċ.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Nov 14, 2013

    1. Minghajr ma nikkummenta fuq il-kaz tal-armla li semmejt (u nhoss li ghandha dritt ghal parti mill-pensjoni), qatt ma fhimt ghala suldat u pulizija jiehdu pensjoni wara 25 sena. Jien ghalija din hi ingust

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 14, 2013

    Tliet kumenti qsar. Il-pensjoni hiaj ingustizzja li gandha tigi rrangata mill-iktar fis minn Gvern Laburista u l-armla tiehu dak kollu li tilfet b'lura. Dwar

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 14, 2013

    Dr. Sant, naqbel miegħek dwar dak il-kas ta' din il-mara. Mhux sew li wara li hi flimkien ma' zewġha jkun għamlu sa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 14, 2013

    Dr. Sant, inġustizja oħra qed titwettaq, izda din id-darba ma suldati li jkunu spiċċaw mis-servizz wara li jkunu taw nofs ħajjithom f'servizz lejn il-pajjiz, qed issir mill-Gvern meta wie

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 14, 2013

    Jiena naqbel li l-armla kellha tiehu pensjoni pro rata, u nistaqsi wkoll jekk forsi zewggha kien jahdem xi mkien iehor qabel dahal fis-servizz u hallas il-bolla jekk d

    Irrispondi