IFFOKAT

  • Nov 07, 2013 09:43
  • Miktub minn

    Wieħed mill-aspetti tal-baġit 2014 li l-aktar għoġbuni kien il-mod iffokat kif ġew preżentati l-ispjegi tal-għanijiet, l-analiżi tal-isfidi quddiem il-pajjiż u l-miżuri li qed jiġu proposti. F’dan żgur, id-dokument tal-baġit kien superjuri għad-dokumenti tas-snin ta’ qabel. Ta ċans tajjeb lil min isegwi l-politika tal-gvern biex jifhem kif fil-fehma tal-istess gvern, ħaġa torbot ma’ oħra.

    Kontra x’jaħsbu ħafna, il-gvernijiet għandhom spazju dejjaq ħafna biex fih jaffettwaw l-andament ekonomiku. Dan l-ispazju kompla jidjieq aktar ma ddaħħlu l-ideat neo-liberali dwar it-tmexxija tal-pajjiż. U terġa’, għall-pajjiżi membri tal-ewro fi ħdan l-Unjoni Ewropea il-marġini hu anke idjeq.

    L-istrateġija tal-baġit 2014 tirrikonoxxi tajjeb dawn il-limitazzjonijiet. Peress li minkejja fihom, tiffoka fid-dettall dwar kif tista’ toħloq inizjattivi siewja, l-istrateġija għandha ċans tajjeb li tagħti żvolta ġdida lit-tkabbir ekonomiku. Dan hu meħtieġ jekk f’pajjiżna, is-servizzi soċjali li drajna bihom se jibqgħu vijabbli għaż-żmien li ġej.

    WEGĦDI

    Uħud iqisu li m’hemm xejn ħażin jekk malli jkun tela’, partit fil-gvern jinsa l-wegħdi li għamel qabel l-elezzjoni. Għandu jmexxi skont kif jaqbillu u skont iċ-ċirkostanzi li jsib quddiemu. Qatt ma qbilt ma’ din id-dutrina.

    Ġiet prattikata bl-akbar ċiniżmu mill-gvernijiet Nazzjonalisti ta’ wara l-1987. B’hekk seħħ żvalutar sħiħ tal-impenn politiku f’pajjiżna. Jekk biex tirbaħ elezzjoni wgħedt xi ħaġa lill-poplu, trid tara kif se twettaqha. Inkella ma messek wegħedt xejn.

    Mertu kbir tal-baġit 2014 hu li bl-aktar mod ċar, telaq biex iwettaq firxa sħiħa ta’ wegħdi li saru qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2013 mill-Partit Laburista.

    Tista’ taqbel jew ma taqbilx ma’ uħud minn dawn il-wegħdi – tista’ tiddubita kemm messhom saru.

    Imma la saru, l-isforz qawwi u ġenwin li jidher li se jsir biex jitħaddmu, jixraqlu l-akbar foħrija.

    INDUSTRIJA

    Kull meta jasal żmien il-baġit hu għalija żmien meta fost affarijiet oħra, ninnota il-progress tad-de-industrijalizzazzjoni f’pajjiżna. Mhux għax xi darba l-industrija jew il-manifattura kienu dominanti fostna. Imma żgur irnexxielna għal xi żmien, li nrawmu ħafna entijiet ta’ produzzjoni industrijali li kienu telqu sew. Kibru bejn is-snin sittin u disgħin tas-seklu l-ieħor.

    Imbagħad daħal żmien ta’ tnaqqis u staġnar. L-iżvilupp tal-pajjiż, qalulna, kien se jibda jiddependi aktar u aktar mis-servizzi.

    M’hemm xejn ħażin fis-servizzi. Imma dejjem rajtu bħala għan ewlieni, dak li nibqgħu nsostnu l-industrija. Safrattant minn baġit għal baġit, l-Economic Survey li joħroġ fl-istess żmien, baqa’ jikkonferma l-irtirata tal-industrija. Din is-sena wkoll: l-istaġnar jidher sew minn kif l-impjiegi industrijali baqgħu nkollati madwar iċ-ċifra ta’ anqas minn 20,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1