REGOLI “EWROPEJ” FUQ IL-BAĠIT

  • Nov 04, 2013 08:56
  • Miktub minn

    Jintlaqa’ kif jintlaqa’ mill-poplu Malti, il-baġit għas-sena 2014 irid jaffaċċja wkoll il-ġudizzju tal-Kummissjoni Ewropea. Din issa ngħatat poteri ġodda biex talanqas għall-pajjjiżi membri taż-żona ewro, tifli u tagħti ħaqq dwar jekk il-politika baġitarja tal-gvern, ikun liema jkun il-gvern, taqbel jew le mal-linji gwida tat-tmexxija finanzjarja kif addottati miż-żona ewro.

    Il-poplu se jiġġudika l-baġit skont jekk hux inaqqas jew iżid il-benefiċċji u l-piżijiet fuq il-familji; skont kemm jagħfas ħalli joħloq impjiegi ġodda; u skont jekk hux jipprovdi għall-futur.

    Il-kriterji tal-Kummissjoni Ewropea huma differenti. Se tħares lejn id-differenza bejn id-dħul li l-gvern jgħid li se jkollu, u l-ħruġ li biħsiebu jagħmel. Se tara dan x’persentaġġ jiġi tal-ekonomija kollha fis-sena d-dieħla. Jekk jidher li dal-persentaġġ se jaqbeż it-3 fil-mija, il-Kummissjoni toqmos u tibda tinsisti għal bidla fil-baġit.

    Dan kollu jiddependi minn xi stimi jsiru: tad-dħul u ħruġ, ovvjament, u ta’ kemm se tikber l-ekonomija. Jekk gvern u Kummissjoni ma jaqblux fuq l-istimi li jagħmlu, tqum kontroversja. Kif inhuma r-regoli, “tirbaħ” il-Kummissjoni Ewropea.

    MEDIĊINI

    L-aqwa ksir ir-ras ta’ anzjani li ltqajt magħhom jinqala’ minħabba l-ispiża tal-mediċini. Tal-qalb, tal-artrite, tal-osteoporożi, tal-kanċer, tan-nifs... Min għandu karta roża jew oħra, min m’għandux – min għax ikun hemm xi nuqqas fl-istokkijiet – min għax id-drogi li jeħtieġ mhumiex offruti mill-gvern u trid tixtrihom fis-suq...

    Qed jitnaqqru l-livelli tal-għajxien ta’ bosta anzjani li qed ikollhom jixtru d-duwa li jeħtieġu meta ma jistgħux jakkwistawha mis-servizzi tas-saħħa. Mhumiex nies li qed jgħixu ta’ sinjuri – ħafna drabi kull ma baqagħlhom hi pensjoni li ma sservihomx.

    Aktar ma titwal il-ħajja tal-bniedem, aktar din il-problema se tikkarga. L-età avvanzata tkattar il-problemi ta’ saħħa u twessa’ l-firxa ta’ mediċini meħtieġa biex nilqgħulhom. Irridu nippjanaw aktar u aħjar biex naraw kif se nirbħu din l-isfida.

    REED

    L-obitwarji ta’ Lou Reed fil-midja internazzjonali nebbħuni kif għaddejt ħajti mingħajr ma sirt naf, anki xi ftit, lil dan il-kantant popolari li baqa’ jservi ta’ ikona kulturali għan-nies tal-ġenerazzjoni tiegħi. Imma dwaru u dwar il-grupp li telaq minnu Velvet Underground (li mid-dehra kien ta’ ispirazzjoni anki għal Vaclav Ħavel fiċ-Ċekoslovakkja), sibtni sajjem għal kollox.

    Min jaf għaliex Reed u x-xogħlijiet tiegħu żgiċċawli għal kollox mir-radar personali li jimmarka l-eżistenza u l-ħidma ta’ dan jew dak l-artist? Mill-ġdid imn’Alla hemm il-you tube li jippermettilek issib malajr il-“ħoss” tal-mużika ta’ Reed u sħabu, kif kien jinstema’ fuq id-diski LP li kienu jinbiegħu fl-aqwa żmien ta’ ħidmietu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Nov 04, 2013

    Dr Sant, ghalhekk irridu nitilqu mill-unjoni ewropea ghax lanqas meta konna kolonja tal-gvern ingliz ma kien jindahlilna x'naghmlu fil-budget taghna. Tghidu x'tghidu inthom il-politici ahna rridu u se nitilqu mill-k

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 05, 2013

    ma' nigbax naqra dak kollhu li int ikollok xi tghaid proset!

    Irrispondi
  •  

Facebook