BIEX TASAL

  • Ott 31, 2013 13:27
  • Miktub minn

    Biex taffettwa u tibdel politika Ewropea trid iż-żmien. Trid tgħaddi minn proċess ta’ diskussjoni u negozjati li jinvolvi fażijiet differenti, fosthom dawk meta jkollok timbotta – meta jkollok tgħid le, le, le – meta trid tistabilixxi min huma l-ħbieb li magħhom tista’ taħdem – u meta se tasal għal kompromess.

    Fir-rigward tal-politika ta’ immigrazzjoni ninsabu fil-bidu ta’ dan il-proċess. Il-gvern Malti qed jagħfas it-tastieri kollha tajba. Żgur ma setax jibqa’ għaddej bil-politika tal-gvern preċedenti li ħlief sinjur si ma kienx jgħid. Daqs ġimgħa qabel l-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew, l-abbozz tal-kumnikat finali kien isemmi t-traġedja ta’ Lampedusa u jistqarr kif f’Mejju tas-sena d-dieħla għandhom jiddiskutu dwar l-immigrazzjoni rregolari. Id-dokument finali hu sostanzjalment differenti minn dan fl-impenn li addotta.

    Jintqal ħafna u bir-raġun dwar il-ħtieġa li l-piżijiet jinqasmu. Imma għal Malta, l-aqwa piż jibqa’ l-obbligu tal-ftehim imsejjaħ Dublin II. Bih pajjiż fejn jaslu immigranti rregolari irid iżommhom fit-territorju tiegħu sakemm jibqgħu fl-Unjoni Ewropea. Jidher li l-kanċellier Ġermaniża Merkel qed issostni bil-qawwa li dan m’għandux jinbidel.

    Il-gvern Nazzjonalista għamel ġennata meta aċċetta dan l-obbligu bħala parti mill-kondizzjonijiet tas-sħubija ta’ Malta fl-UE.

    OSSERVAZZJONIJIET

    Hu xieraq li l-abbozz ta’ liġi dwar l-unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess isir liġi bla dewmien. Xi osservazzjonijiet iridu jsiru madankollu.

    L-ewwel, mil-liġi l-ġdida għandu joħroġ ċar li d-drittijiet tat-tfal għandhom jitqiesu bħala supremi. Tajjeb jew ħażin, il-benessri tat-tfal (li ma kinux huma li ddeċidew li jitwieldu), jibqa’ kondizzjonat mill-kuntest kulturali tas-soċjetà li fiha jitrawmu.

    It-tieni, hi ħaġa ftit stramba – biex ma ngħidx anomala – li l-annullament, is-separazzjoni u d-divorzju fi ħdan unjoni ċivili qed jiġu msejsa “mija fil-mija” fuq x’jiġri fi żwieġ bejn mara u raġel. Dawn il-proċeduri għadhom determinati bil-kbir mill-prattika u mit-tradizzjoni ġudeo-kristjana, li fl-istess ħin jiċħdu għal kollox il-kunċett ta’ għaqda bejn persuni tal-istess sess.

    PROVI

    Għadni kemm ġbidt nifs twil ta’ serħan. Spiċċajt fl-aħħar il-qari tal-provi għal ktieb ta’ rakkonti li għandu jidher fi ftit taż-żmien.

    M’hemm xejn li jgħajjik aktar minn ħidma bħal din, speċjalment għax taf minn qabel li minkejja kull sforz li tista’ tagħmel, xorta se jaħarbulek għeltijiet. Se tinduna b’dawn malli jġibulek il-ktieb lest.

    Tiskanta kif żball ikreh bħal dak li għandek stampat quddiemek qed tarah issa għall-ewwel darba.

    Forsi għall-ktieb ta’ rakkonti li jmiss, bit-titlu ta’ novella mill-għaxra li fih, “Ċpar”, inkun nista’ ninħeba wara l-iskuża li ċ-ċpar li jitkellem dwaru r-rakkont ħareġ mill-paġna u ħeba l-iżball.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Ott 31, 2013

    Dr Sant,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 02, 2013

    X'jidhirlek Dr Sant fuq li Muscat irrid ibiegh ic-cittadinanza lill barranin? Taqbel jew ma taqbilx? U jekk ma taqbilx sejjer titkellem?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 02, 2013

    Prosit ta din l informazzjoni.Ahna dejjem warajk.

    Irrispondi
  •  

Facebook