STATISTIKA

  • Ott 24, 2013 09:36
  • Miktub minn

    Allajbierek l-Oppożizzjoni ħarġet kontra l-Ministru tal-Finanzi għax ikkritika aspetti tal-istatistika li qed tinħareġ dwar l-ekonomija tal-pajjiż. Ħadt gost li saret din il-kritika.

    Jien ili nagħmilha – okkażjoni riċenti kienet f’dan il-blogg. Esponent Nazzjonalista attakkani għax għamilt hekk. Dan fi żmien meta l-PN ma qed juri l-ebda skruplu biex jimmina l-kredibiltà ta’ istituzzjonijiet vitali għat-tmexxija tal-pajjiż.

    Li hemm bżonn tindifa serja f’kif tinġabar u tiġi ppreżentata l-istatistika ilha tidher bħala ħaġa li trid issir bis-serjetà.

    Hemm il-problema li qed naddottaw sistema mibnija skont kriterji tal-aġenzija Eurostat li tfasslet għal pajjiżi ferm akbar minn tagħna. Mhix qed tagħtina informazzjoni adatta biżżejjed għall-ħteġiet tagħna.

    U hemm il-fatt li mhux veru li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jista’ jaħdem b’mod tassew awtonomu – minħabba l-istruttura tiegħu, għax ma jaqax taħt il-Parlament, bħal fil-każ tal-Awditur Ġenerali; u minħabba l-mod kif matul is-snin intgħażlu l-persuni mpjegati fih.

    ĠBEJNIET

    Tgħallimt dwar problema fil-produzzjoni tal-ġbejniet. Raħħala li jipproduċu l-ġbejniet mill-merħla tagħhom joħorġu bi prodott ogħla fil-prezz minn produtturi li jagħmlu l-ġbejniet minn trab tal-ħalib. Dan għax meta ma jsibux bejgħ għall-prodott tagħhom, ir-raħħala xorta jibqgħu bl-ispiża li jridu jmantnu l-merħla. Min jinqeda bit-trab tal-ħalib ma jaffaċċjax din l-ispiża.

    Ma teżistix sistema li turi jekk ġbejna saritx minn ħalib frisk jew mit-trab tiegħu. Sistema hekk tippermetti lill-konsumatur jagħżel: bejn ġbejna irħisa u ġbejna bi prezz ogħla li saret mill-frisk.

    Jekk tiddaħħal, se tippreżerva l-għażla għall-konsumatur waqt li tagħti lir-raħħala li jsostnu l-merħliet, ċans jikkompetu. Se jkun hemm konsumaturi li jmorru għall-irħis, oħrajn għall-għoli.

    Jidher li l-istess problema tinsab f’diversi oqsma tas-settur agrikolu f’pajjiżna.

    ESI U L-MEWT

    Ħabib ipprovdieli kopja fl-edizzjoni tal-1946 tad-dramm ta’ Erin Serracino Inglott “Ir-Raġel li ħadha mal-Mewt”. Qrajtu meta kelli xi għaxar snin u mpressjonani ħafna. Kont kurjuż dwar kif se jolqotni llum.

    Il-Professur Kirkob qed jagħmel meravilji fil-mod kif jikkura pazjenti mill-mard tal-qalb. Jingħata ultimatum minn Klessidra Tewma, il-Mewt. Jekk mhux se jħalliha bi kwietha, se tinforza s-sentenza ta’ mewt li hemm fuqu fi ftit taż-żmien. Għall-bidu jċedi u biex jibqa’ jgħix sal-eta ta’ ħamsa u sebgħin sena, jibda jħalli l-pazjenti jinbarmulu.

    Imma jiċħad il-ftehim meta jifhem li hu ħelisha, għarustu le. Il-Mewt ma tħallihielux għaddejja ħafif.

    Fi tliet atti, l-istil tad-dramm hu konċiż, kważi Pirandelljan. Għalkemm in-nisġa hi ftit mekkanika, forsi prevedibbli, ma ddejqekx. Tgħid “Ir-Raġel” jixraqlu “jerġa’” jittella’ fuq il-palk? M’inix żgur jekk fi żmienu kienx wasal sa hemm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Ott 28, 2013

    Prosit Dr Sant. Nahsebli anki dan ir-rapport ippubblikat minn Open Europe li kkalkolat kemm qed jiswielna biex indahhlu u nimplimentaw ir-regolamenti tal-U

    Irrispondi
  •  

Facebook