IT-TIELET ETÀ

  • Ott 21, 2013 08:41
  • Miktub minn

    Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar joħorġu ċar l-isfidi quddiem is-soċjetajiet Ewropej, u mhux l-anqas is-soċjetà tagħna, biż-żieda fil-kontinġent ta’ anzjani fost il-popolazzjoni. Dan qed jiżdied b’rata ferm akbar minn taż-żgħażagħ minkejja li tal-aħħar jiġbdu dejjem aktar lejhom l-attenzjoni politika u ekonomika.

    Hekk għandu jkun. Iridu jew ma jridux, iż-żgħażagħ ikollhom jerfgħu r-responsabbiltajiet li bihom se jinħolqu l-inizjattivi tal-lum u ta’ għada.
    Imma biex nirrankaw fit-titjib soċjali tal-pajjiż jeħtieġ niżguraw ukoll li x-xjuħ isibu fejn u kif jgħixu tajjeb, biex ma jaqgħux lura fuq l-aħħar ħamsin sena ta’ titjib sostanzjali fil-livelli tal-għajxien tal-poplu.
    Jissemmew l-aktar il-pensjonijiet. Biss, kif għedt kemm-il darba, hemm ukoll il-qasam tal-kura. L-anzjani li qed jgħixu fit-tul huma numerużi ħafna aktar minn qatt qabel. Saħħithom, mhux l-anqas dik mentali, issir fraġili u prekarja. Teħtieġ aktar kura, aktar spiża mill-istat.
    Ta’ spiss qed inkun fl-isptar San Viċenz fejn jieħdu kura kbira tal-anzjani miġbura hemm. Imma malajr tagħraf kemm hi akuta l-problema... u aktar akuta għall-anzjani li qed jistennew biex jidħlu fl-isptar u għall-familji tagħhom.
    IMSIDA
    Punti li nhar il-Ħadd li għadda, tqajmu matul il-laqgħa ġenerali annwali taċ-ċentru Laburista tal-Imsida kienu tassew interessanti. Bħal fl-aħħar snin, il-laqgħa nżammet f’lukanda fin-nord ta’ Malta fejn il-membri taċ-ċentru jqattgħu ukoll parti minn tmiem il-ġimgħa. Dejjem kelli “soft spot” – kif sirna ngħidu bil-Malti – għall-Imsida. Familt missieri hemm kienet tgħix. U ili nsegwi l-mod kif bi tmexxija dedikata, ċ-ċentru Laburista ta sehem qawwi fil-ħidma politika tal-PL.
    Fl-imgħoddi kellhom bazi finanzjarja qawwija ħafna. Illum, naqset sew. U r-raġuni kienet li matul is-snin, mill-Imsida kkontribwew bis-sħiħ, anki billi jieklu minn ġewwa, lejn il-finanzi ċentrali tal-PL.
    Allura, kien hemm punt ta’ ironija kommoventi f’rimarka tal-President taċ-ċentru Horace Laudi. Qal li anqas żgħażagħ qed jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-lokal għax isibu li l-parteċipazzjoni fl-inizjattivi ċentrali tal-PL hi aktar attrajenti.
    BANEK VERSU ĊITTADINI
    Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-Unjoni Ewropea donnha kienet aktar impenjata f’li tgħin finanzjarjament lill-pajjiżi taż-żona ewro milli tinsab impenjata biex tgħin lill-pajjiżi li qed jaffrontaw mewġa ta’ immigrazzjoni li qed tibdel liċ-ċentru tal-Mediterran f’ċimiterju.
    Sadattant, ġie żvelat x’sostnew esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali meta fl-2009-2010, ġew diskussi l-“għajnuniet” lill-pajjiżi tal-ewro milquta bit-theddida tal-falliment. Huma saħqu li l-miżuri li se jiddaħħlu kienu se jispiċċaw iservu biex isalvaw il-banek, veru, imma se jpoġġu piżijiet enormi fuq iċ-ċittadini.
    Fiż-żmien li ġej, jeħtieġ isir dibattitu serju dwar xinhuma u x’għandhom ikunu l-veru prioritajiet tal-Ewropa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Ott 21, 2013

    Partnership l-ahjar ghazla??????? u Partnership REBAH !!!!!!!! LOOOLLLLL

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 21, 2013

    X'ereżija m

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 21, 2013

    Kemm hu ta' pjacir issegwi l-artikli ta' Dr Sant u n-nisga ta' idejat li jghatina bhala kif nghidu bl-Ingliz, "food for thought". Mill-banda l-ohra meta tara l-medjokrita ta' Maltin ohra jaqbdek il-biki.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 21, 2013

    Malti: Uzajt isem hazin, ghax jekk int kollox, VERU MALTI m'intix ! Kellu bzonn ikollna aktar politici ihobbu lill-pajjizna daqs Dr. Alfrted Sant !!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2013

    Nittamaw li naraw lil Dr Sant fil-Parlament Ewropew. Forsi l-quddiem ibiddel fehmtu dwar il-Kummissarjat Ewropew. Nemmen li jkun Kummissarju tajjeb hafna.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2013

    Dan il-'MALTI' min hu? xi ziemel bix-xettru m'ghajnu? mhux se nirrepeti dak li nkiteb, imma ma jafx 'partnership' xi tfisser. Min isegwi lil Dr. Sant jista jkun jaf li hu qatt m

    Irrispondi
  •  

Facebook