ĦAWWADNI...!

  • Ott 10, 2013 08:49
  • Miktub minn

    Ħawwadni ħa nifhem: hekk għadda l-ħsieb meta qrajt dwar l-iskandlu li ħadet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista bil-pjan li qalet li għandu l-gvern biex is-sena d-dieħla 2014, idaħħal €50 miljun aktar minn dis-sena fuq taxxi indiretti. Għaliex ħaġa bħal din kellha tkun skandaluża?

    Ivverifikajt ftit x’ippropona l-Ministru tal-Finanzi tas-sena li għaddiet għad-dħul minn taxxi indiretti għal dis-sena, 2013. Il-proposti tiegħu kienu biex it-taxxi indiretti dis-sena jiżdiedu fuq is-sena 2012 b’aktar minn €61 miljun, jiġifieri €11-il miljun aktar miż-żieda li qed tiġi prospettata għas-sena d-dieħla mill-gvern Laburista, skont il-PN.

    Kull sena, kemm id-dħul tal-gvern u kemm il-ħruġ tiegħu żdiedu u se jibqgħu jiżdiedu. Il-problema qed tkun li n-nefqa tiżdied b’rata ogħla kull sena, miż-żieda fir-rata tad-dħul.

    Jekk il-gvern tal-lum biħsiebu jdaħħal f’taxxi indiretti ċifra li ż-żieda tagħha hi anqas minn dik li l-gvern Nazzjonalista ppjana għal dis-sena, jidhrili li konklużjoni waħda tista’ tinsilet. Qed isir progress fil-kontroll tad-defiċit finanzjarju.

    PRESIDENZA GRIEGA

    Il-Greċja se tkun qed tippresiedi l-Unjoni Ewropea fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla. Kemm se tiġi tiswiha? Hi mistoqsija kruċjali għall-Greċja bil-problemi enormi finanzjarji li ilha taffaċċja.

    Il-Griegi qed jippjanaw li jimmuntaw presidenza li kemm jista’ jkun ma ddaħħalhomx f’bosta spejjeż. Allura biħsiebhom imexxu l-Presidenza tal-Unjoni fuq skala iċken minn meta żammewha fid-darbtejn li sa issa wettqu din il-funzjoni.

    Xorta jikkalkolaw li se tiġi tqumilhom mal-€50 miljun. Biss biss se jkollhom itellgħu xi 150 uffiċjal Brussell biex imexxu minn hemm l-amministrazzjoni tal-Presidenza. Jidher li l-ħidma tal-Presidenza swiet lill-Irlanda xi €60 miljun.

    Meta jasal iż-żmien biex Malta taqdi l-istess funzjoni, l-ispejjeż se jkunu żdiedu.

    XJENZI

    Ma tistax ma tfaħħarx kwalunkwe inizjattiva maħsuba biex ix-xjenzi jsiru aktar popolari u magħrufa fost tfal, żgħażagħ u l-bqija tal-popolazzjoni.

    Niddubita madankollu kemm fieri “popolari” jew wirjiet ta’ “spettaklu” u medjatiċi huma l-aktar mod effettiv biex jintlaħaq dan il-għan. L-istudju u l-prattika tax-xjenzi ma tantx jibbenefikaw meta jiġu ppreżentati qishom kienu spettaklu. Dan jagħti gost imma malajr jintesa – ma jħalli warajh l-ebda impenn qawwi. Jista’ jispira lil xi tfal jew żgħażagħ ta’ kalibru biex isiru midħla aktar tax-xjenzi imma mhux lill-maġġoranza tal-poplu.

    Kruċjali hi l-kwalità tat-tagħlim mogħti liż-żgħar. Bl-interess li t-tagħlim effettiv iqanqal, se jxettel sa minn kmieni fil-ħajja l-fehma li l-istudju tax-xjenzi jista’ jkun esperenza sabiħa u utli. Hu sentiment li jrid jinħass mhux mill-ftit imma mill-istudenti kollha. B’hekk jitressqu lejn interess dejjiemi fix-xjenzi.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 9

  •  
    anonimu
    Ott 10, 2013

    Ghandek ragun Dr Sant, tghid li ghalik it-taxxi mhuma xejn, ghax meta kont PM int, dahhalt numru record ta taxxi, u issa milli jidher se jimitawk It Taxxi Taghna Lkoll !!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 10, 2013

    Daqs kemm hawwad int ma hawwad hadd dot Sant,nahseb dot muscat b hsiebu ihabbata mieghak

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 10, 2013

    kieku veru RIED jhawwad, l,anqas. biss kellu cans,Saviour,hi. Fi 18 il xahar l,anqas kellu hin bizzejjed biex VERU jhawwad. kellu bizzejjed BISS BISS problemi interni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 10, 2013

    Meta nara l- kummenti ta' dawn in- nazzjonalisti jaqbadni l- biki! INTOM tridu tparlaw kissirtuh pajjiz! Intom li tellajtu gvern li ha 500 euro zieda fil- gimgha u lilna gej itina 1.16! Li xeba jgholli l- gas, petrol, diezel u l- hajja!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2013

    jiena thawat meta smajt li dr sant hireg ghal ewropa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2013

    ARA VERU QABDA BCILAQ GORG ;CIKKUU SAVIOUR ARA TAGHMLUX X'DIBBATITU MA DR.SANT FUQ EW. NERGA NETILKOM BCILAQ.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2013

    Dott, imma x'tistenna minn dak li ppreveda li l-progett tal-power station tahdem bil-gas kien progett ta' ALICE IN WONDERLAND ? U li QATT ma gieb il-previzzjonijiet tieghu finanzjarji vicin il-likk ????

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2013

    Gorg: bilfors tithawwad ghax qed tara TELFA ohra gejja f'Mejju li gej !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2013

    Saviour: Dr. Sant tant kien "hawwad" skond int li fl-20

    Irrispondi
  •  

Facebook