SE JIFLU

  • Ott 06, 2013 16:11
  • Miktub minn

    Fil-ġimgħat li ġejjin, uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea se jkunu qed jiflu l-abbozzi ta’ baġits li l-gvernijiet taż-żona ewro qed iħejju għas-sena 2014 biex jippreżentawhom għall-vot fil-Parlamenti nazzjonali tagħhom. Jintqal li l-Kummissjoni mhux se tkun tista’ tiddeċiedi hi għall-gvernijiet imma se “tagħtihom il-pariri” dwar dak li jkunu qed iħasslu. Fil-fatt, l-uffiċjali tal-Kummissjoni se jagħrblu u “jiddeċiedu” fuq dawn l-estimi finanzjarji saħansitra qabel id-deputati nazzjonali nfushom.

    Hemm xi ħaġa stramba f’din il-proċedura, anki jekk kulħadd iħambaq kemm hi meħtieġa. Iddaħħlet b’saħħa akbar dis-sena bil-mira li tingħata attenzjoni akbar fil-pajjiżi taż-żona ewro lill-ħtieġa biex id-defiċits fil-baġits tagħhom ma jitħallewx jikbru wisq. Biss, is-sistema kollha qiegħda tirrestrinġi sew il-flessibiltà tal-gvernijiet biex jieħdu deċiżjonijiet awtonomi dwar il-finanzi tagħhom.

    Niddubita kemm is-sorvelji u l-kontrolli “ġodda” se jkunu effettivi biex jerġgħu jagħtu rankatura lill-ekonomiji tal-ewro. Diġà hemm x’juri li fit-tmexxija tas-sistema l-“ġdida” x’aktarx li mhux kulħadd se jingħata l-istess trattament.

    Għall-akbar ekonomiji jintużaw kriterji differenti milli għall-iżgħar. Issa naraw.

    WARA LAMPEDUSA

    It-traġedja ta’ Lampedusa tpoġġi mill-ġdid il-problemi tal-immigrazzjoni rregolari f’qafas wiesa’. Ċertu hu li meta jitilqu minn pajjiżhom, l-immigranti rregolari mhumiex jimbarkaw għal vjaġġ-avventura maħsub biex jagħtihom pjaċir u jqallagħhom flejjes kbar. Jitilqu kontra qalbhom għal vjaġġ perikoluż, biex jaħarbu mill-qerda u l-għaks ta’ pajjiżhom. Il-Papa Franġisku għandu raġun iqishom bħala l-fqar ta’ żminijietna.

    Pajjiż bħal Malta għandu l-limiti tiegħu dwar kemm jista’ jgħin lil dawn il-fqar u għandu jistinka ħalli jiddefendi l-interessi nazzjonali tiegħu fi ħdan il-kommunità Ewropea. Imma li anki Malta għandha tagħti sehemha favur il-fqar, ma nistgħux niċħduh, jekk se nwettqu l-valuri ta’ ħniena u solidarjetà li lkoll nemmnu fihom.

    L-imwiet tal-għexieren ta’ mgħarrqa fl-ibħra ta’ Lampedusa messhom jistimulaw lill-Ewropa biex tassew tagħti l-kontribut tagħha. Nisimgħu ħafna dwar il-ħtieġa ta’ “aktar” Ewropa.

    F’dal-qasam tkun ġustifikata.

    KULTURA

    Teżisti tassew kultura nazzjonali Maltija? Fhiex tikkonsisti? X’jagħmilha differenti minn kulturi Ewropej jew Mediterraneji oħra?

    X’inhuma l-aqwa ħsus tagħha llum? L-ilsien Malti bil-produzzjonijiet letterarji li akkumulaw fih matul is-snin? L-arti viżiva, inflwenzata bil-kbir minn mudelli Ewropej tradizzjonali u kontemporanji? L-arkitettura?...

    Il-mistoqsijiet ma jaqtgħux. Forsi kultura nazzjonali teżisti (anki jekk fil-verità ma tkunx), meta persentaġġ biżżejjed qawwi tal-poplu kollu jemmen fiha.

    Mistoqsija oħra hi: fi żmien ta’ globalizzazzjoni aċċellerata, x’tifsira reali jista’ jkolha kultura nazzjonali ta’ poplu ċkejken bħal dak Malti?

    Dawn huma mistoqsijiet li ilhom magħna s-sekli; tul l-aħħar tliet deċennji jew ftit aktar, ħadu qawwa dejjem aktar profonda.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook