BILANĊ

  • Ott 03, 2013 11:22
  • Miktub minn

    Il-mod kif l-Oppożizzjoni Nazzjonalista telqet tistqarr in-nuqqas ta’ fiduċja tagħha fil-pulizija u fl-armata taħt gvern ġdid hu bla preċedent. Mhux għax fl-imgħoddi Oppożizzjonjiet differenti ma stqarrux l-iskuntentizza tagħhom bl-aġir ta’ korp jew ieħor jew tat-tnejn f’salt.

    Imma lanqas fis-snin tmenin u t-tmiem tas-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor, il-kundanni assoluti ma ħarġu daqshekk malajr u bla nifs. Il-kritika ħarxa li saret f’dak iż-żmien, u wara minn Oppożizzjoni Laburista, żviluppaw matul ġimgħat u xhur.

    Illum il-kundani qed isiru bla rażan. Qisha li l-Oppożizzjoni trid tikkonvinċi lil xi ħadd – imma lil min? – li mhijiex waħda “dgħajfa”. Barra milli niddubita kemm din hi strateġija tajba għall-istess Oppożizzjoni, tista’ tagħmel ħsara kbira lill-korpi msemmija, peress li dawn iridu jgawdu l-fiduċja kemm jista’ jkun ta’ kulħadd.

    Baqgħu jgawduha anke jekk kulħadd jaf kif – minkejja l-istqarrijiet ta’ qdusija li saru u għadhom isiru – il-karigi u r-reklutaġġ matul is-snin tat-tmexxija ta’ gonzi-pn kienu żbilanċjati b’mod mill-aktar partiġġjan. Maġġoranza ta’ nies żgur tqisha bħala ħaġa ġusta li fejn hemm żbilanċ lampanti fl-istess korpi, jiddaħħal xi forma ta’ bilanċ.

    L-IŻLANDA

    Saru ħafna kummenti fil-midja Maltija meta l-Iżlanda xi sentejn u nofs ilu, fetħet negozjati mal-Unjoni Ewropea biex tidħol membru. M’hemmx għalfejn noqgħod insemmi t-ton tagħhom jew x’riedu jfissru bihom dawk li għamluhom.

    Issa ftit tal-ġimgħat ilu, wara li tela’ gvern f’Rejkjavik li ma jaqbilx mas-sħubija ta’ pajjiżu, in-negozjati bejn l-Iżlanda u l-Unjoni twaqqfu għal kollox. Dan sar bi qbil bejn iż-żewġ naħat u l-konfużjoni li baqa’ bejniethom hi dwar x’se jsir mill-fondi li kienu ġew allokati għal proġetti biex l-Iżlanda tadatta ruħha għar-regoli tal-UE.

    Ħaġa stramba madankollu, li sa issa ftit li xejn rajt kummenti fostna dwar dak li seħħ bejn l-Iżlanda u l-Unjoni Ewropea. Min jaf għaliex...

    KANĊER

    Kif naf mill-esperjenza personali, min ikun ġarrab il-marda tal-kanċer iħoss solidarjetà mill-aqwa lejn dawk li jkunu ġarrbuha jew se jġarrbuha bħalu.

    Din il-ġimgħa ġarrabna t-telfa ta’ ħabib kbir li tilef il-ġlieda tiegħu kontriha, għalkemm iġġelidha bl-akbar kuraġġ sal-aħħar. Kien raġel fuq l-irġiel u t-telfa tiegħu nħasset doppjament.

    Fl-istess jiem, ġie jarani ħabib ieħor li se jkun qed jgħaddi fiż-żmien li ġej mill-operazzjoni li għamilt jien xi snin ilu. Tkellimna dwar minn xiex se jkun għaddej u kif l-aħjar iħejji ruħu.

    Forsi aktar minn kull mard ieħor, l-aqwa sfida li tqanqal il-kanċer hi tal-biża’ mill-biża’ – u kif se tilqagħlu.

    Il-fatt madankollu hu li l-marda mhux dejjem tirbaħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Ott 03, 2013

    Alfred thanks for your courageous afford to talk to this people that with such sleekness ,witch I went throw long time but thanks God it was no cancer ..again thanks to ALFRED SANT.. jOHN Xerri..MLPOFNY..

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 03, 2013

    Nawguarak Dr. Sant. Artiklu sabih, proset.

    Irrispondi