ILMENTI

  • Set 19, 2013 15:53
  • Miktub minn

    L-ilmenti li qed jagħmlu l-barranin ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti f’Malta huma ġustifikati. Fil-għoti ta’ karti tal-identità, f’kif qed jiġu ċċarġjati għad-dawl u l-ilma li jikkonsmaw u fuq it-trasport pubbliku, fl-aċċess għal faċilitajiet statali huma għandhom dritt għall-istess trattament bħal ċittadini Maltin. Dan hu parti mill-impenn li Malta aċċettat bħala membru tal-Unjoni Ewropea.

    Tista’ taqbel ma’ din il-ħaġa, tista’ le. Imma jekk Malta ffirmat biex twettaq obbligi li joħorġu mis-sħubija ta’ Malta fl-Ewropa – obbligi li pajjiżi oħra qed iwettqu lejn iċ-ċittadini Maltin – m’hemm l-ebda triq oħra ħlief li nonoraw l-obbligi li assumejna.

    Qed jintqal li minflok jinqdew minnufih jew b’mod sodisfaċenti meta jiġu biex jibbenefikaw mill-arranġamenti li qbilna dwarhom, iċ-ċittadini Ewropej qed jiġu affaċċjati b’talbiet biex jipprovdu dokumentazzjoni ma tispiċċa qatt jew b’dewmien fl-ipproċessar tal-karti li jressqu. Huma jissuspettaw li dan isir biex jaqtgħulhom qalbhom.

    Jekk qed jiġri hekk, mhux sew.

    TITLAQ?

    Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea dwar materji li għandhom x’jaqsmu mal-kompetizzjoni Almunia ddikjara li jekk il-Katalunja tinfired minn Spanja, awtomatikament ikollha titlaq mill-Unjoni Ewropea. Għamel dan wara li qamet kontroversja għax bi kliemhom, il-Prim Ministri tal-Litwanja u l-Latvja dehru li qed jappoġġjaw id-dritt tal-poplu tal-Katalunja li jikseb l-indipendenza. Huma ma tantx setgħu jagħmlu mod ieħor, la bl-istess mod, pajjiżhom infired mir-Russja m’ilux wisq.

    Dan l-aħħar reġgħet xegħlet il-kampanja favur il-Katalunja ħielsa. F’waħda mill-attivitajiet, eluf kbar ta’ ċittadini għamlu katina twila l-kilometri biex jesprimu ruħhom favur l-indipendenza. Sadattant, il-Prim Ministru tar-reġjun Mas għadu jisħaq li bl-indipendenza, l-Katalunja tibqa’ parti mill-Unjoni Ewropea. (L-istess ħaġa qed jgħidha l-Prim Ministru tal-Iskozja li hu wkoll qed imexxi moviment favur l-indipendenza.),

    Spanja ma ħaditx gost bl-istqarrijiet li ħarġu mill-Baltiku. Il-Kummissarju Almunia hu Spanjol.

    BRUCKNER, 7

    Mill-ġdid, viva l-you tube! Jippermettilek tniżżel verżjonijiet interessanti ħafna ta’ mużika u tixtarrha kif ma stajtx tagħmel qabel. Dan l-aħħar erġajt dort lejn Anton Bruckner fis-simfonija 7, l-ewwel waħda li qatt sirt naf tiegħu sekli ilu. Kont xtrajtha bl-irħis fuq LP li kellu difett f’kif juri s-sekwenza tal-movimenti, tant li għamilt snin nisma’ l-aħħar żewġ movimenti qabel l-ewwel tnejn. (Xorta affaxxinawni.), Wara drajt il-verżjoni ta’ Daniel Barenboim mal-Berliner Philharmoniker.

    ...U issa l-verżjoni you tube ta’ Sergiu Celibidache mal-filarmonika ta’ Munich, ħafna aktar “kajmana” u meqjusa mill-interpretazzjonijiet li drajt. Imma tibni lejn tmiem konvinċenti forsi aktar minn tagħhom. Bruckner jiflaħ il-lajma, anki jekk perikolu bħal f’Mahler hu li jista’ jinstema’ pompuż. Celibidache jevitah.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Set 20, 2013

    KUL MA KITEB U QAL DR.SANT FUQ IL EU KOLLU SEHH U SAR INT GHANDEK GHAX TKUN WIEHED MIL MEMBRI FIL PARLAMENT TAL EU. GHAX TAF X'HEMM FIL EU. VOT GHALIK VOT GHAL GID TA MALTA AWGURI.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2013

    Dwar l-ilmenti tal-BARRANIN dawn hadd ma qalhom lill-poplu Malti qabel ir-referendum tas-shubija. B'hekk qarrqu bil-poplu Malti u kif tghid

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2013

    Naqbel totalment ma Dr.Sant. Li qal li ser jigri Jekk malta tidhol fil-UE sehh tassew. Vot ghal-Dr.Sant ghax jaf x'hinu jghid

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 22, 2013

    Iva kull ma qal DR. SANTkollu minnu u ahna familja ta 4 u lilu se nivvutaw ghal mep. awguri min qalbna DR. SANT.

    Irrispondi
  •  

Facebook