LEKĊER

  • Set 16, 2013 09:26
  • Miktub minn

    Il-lekċer li tajt is-Sibt dwar “Malta fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-ewro” beda bi preżentazzjoni impekkabbli ta’ Chris Cutajar għall-Fondazzjoni Reggie Miller tal-G.W.U. Tkellimt għal xi tliet kwarti fuq x’ġara fl-aħħar għaxar snin li Malta kienet imsieħba fl-Unjoni Ewropea: fejn morna tajjeb, fejn morna ħażin, u x’għandhom ikunu l-linji gwida għal pajjiżna.

    Ma stennejtx l-attendenza tajba li kellna. Laqtuni l-aktar u ħadt gost bihom, l-interventi li saru mill-membri tal-udjenza. Kollha ffokaw fuq x’jolqot liċ-ċittadini “komuni” u l-familji tagħhom. Fil-qies ta’ x’mar tajjeb u x’mar ħażin fl-aħħar għaxar snin ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea, rridu nagħrfu liema kienu l-effetti tas-sħubija; liema kienu l-effetti li xorta kienu jiġru kieku konna barra jew ġewwa l-Unjoni; u liema effetti rriżultaw mill-bidliet kbar li ġabet magħha l-globalizzazzjoni.

    Jibqa’ l-fatt ċar li kemm barra u kemm ġewwa l-Unjoni, bl-avvanzi tas-suq ħieles, il-ħaddiema, l-impjegati u ħafna mill-membri tal-klassi tan-nofs tilfu sew mill-ħarsien li kienu jgawdu qabel.

    Dawk li għandhom xi kurżità dwar x’għedt, isibu t-test sħiħ tal-lekċer fil-websajt alfredsant.org taħt is-sezzjoni “Occasional Papers on Anything”.

    INSTABBILTÀ

    X’aktarx li t-telfa tal-Partit Laburista Awstraljan fl-elezzjonijiet federali kienet inevitabbli. Seħħ wisq tilwim bejn fazzjonijiet li donnhom ma kellhomx interess ieħor ħlief l-interess tal-fazzjoni tagħhom. Mill-Oppożizzjoni, il-Laburisti se jkollhom problemi sakemm isibu saqajhom.

    Smajt diġà spekulazzjoni dwar kif il-Prim Ministru l-ġdid Abbott jista’ mhux daqstant fil-bogħod, hu wkoll jaffaċċja tgergir qawwi intern. Waqt li jgawdi maġġoranza parlamentari kbira, fost sħabu hemm min se jkun lest jistadu.

    Naħseb li l-instabbiltà fi ħdan il-partiti politiċi Awstraljani ġejja mill-qosor ta’ kull leġislatura (tliet snin, meta erbgħa hu l-perijodu ideali),, u mill-fatt li l-grupp parlamentari jiddeċiedi min ikun il-mexxej tal-partit federali. Ir-riforma li daħħal Kevin Rudd biex il-mexxej Laburista jintgħażel mill-grupp parlamentari u mir-rappreżentanti tal-membri tal-partit flimkien, tagħmel sens.

    DWAL MAL-KNISJA

    Interessanti ħafna kienet l-ispjega ta’ kif jittellgħu id-dwal li jilluminaw is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Tahielna s-sur Gafa responsabbli għad-dwal, meta ħbiebi u jien iltqajna miegħu nhar il-Ġimgħa. Waqt li mal-assistent tiegħu kien qed iħabrek biex itejjeb l-effetti tad-dwal, barra l-knisja l-folol iċċelebraw il-festa.

    Mal-binja ta’ barra kollha tal-knisja, jitpoġġew xi 6,000 bozza minn nies tal-armar li jixxabbtu u jiddendlu sakemm jinħolqu l-effetti mixtieqa. It-tagħmir ta’ bozoz, wajers u materjal ieħor jibda jinħareġ fir-rebbiegħa. Ix-xogħol li jirrekjedi paċenzja u dedikazzjoni, ikompli matul is-sajf. Impressjonanti l-impenn li s-sur Gafa u sħabu juru f’din il-ħidma diffiċli u komplikata. Impressjonanti r-riżultati li jiksbu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Set 18, 2013

    L-UE hija dittatorjat li l-poplu Malti jrid joħroġ minnu biex jerġa' jikseb l-Indipendenza u l-Ħelsien u jiddeċiedi huwa xi jrid mhux ikollu joqgħod għal dak li jordna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 25, 2013

    Id-dwejjaq fost il-pop

    Irrispondi
  •  

Facebook