Ħtieġa ta' regolamentazzjoni adegwata li tħaress id-drittijiet tal-kreaturi tal-kontenut

    Il-Membru Ewro Parlamentari Laburista Miriam Dalli titkellem dwar il-vot li fil-jiem għaddew ittieħed fil-Parlament Ewropew dwar il-Copyright fid-Digital Single Market Directive. Il-MPE Dalli tispjega għaliex jeħtieġ li x-xogħol tal-kreaturi tal-kontenut – awturi, artisti, pubblikaturi – ikun imħares biex dawn eventwalment jitħallsu ta’ xogħolhom.

    F’dan il-video blog, hija titkellem dwar il-ħtieġa li jinħoloq bilanċ bejn l-opportunitajiet, drittijiet u l-isfidi li l-Internet u t-teknoloġija ġabu magħhom permezz ta’ regolamentazzjoni adegwata.