Ittra miftuħa

    Onorevoli Ministru tal-Ġustizzja,

    Nirreferi għar-rapport li xxandar fit-“timesofmalta.com” nhar it-Tlieta 27 ta’ Ġunju, 2017, taħt ir-ras “Court applies leniency for drug sharing”.

    Ir-rapport jibda bil-kliem “A female drug addict struggling with medical and mental problems has had her 12-month effective jail term drastically reduced on appeal after the court accepted that there had been no drug trafficking involved”.

    Inħossni mbikkem xħin naqra li nies bi problemi ta’ użu ta’ sustanzi ghadhom jintbagħtu l-ħabs. 

    Veru li f’dan il-kaz il-Qorti tal-Appell kienet lenjanti u niżżlet il-piena minn sena għal tliet xhur, imma m’għandix dubju li dawn in-nies mhux posthom il-ħabs.

    Għalhekk nitolbok mill-aktar fiss tbiddel il-liġi biex nassiguraw li ħadd ma jintbagħat il-ħabs fuq każi ta’ sharing.

    Jekk possibbli din il-liġi għandha mhux biss titressaq b’urġenza imma wkoll tkun retroattiva halli din il-persuna tinheles mill-ħabs illum qabel għada.