Mark Zuckerberg b’idea ġdida!

    Ħafna minnha ma jagħrfux l-importanza tal-Internet. Imma aħsbu daqsxejn x’jista’ jfisser aċċess għall-Internet għal 5 biljun persuna li ma jħaddnux is-servizz?

    Din hija l-idea wara l-kampanja l-ġdida bl-isem ta’ “internet.org”, immexxija mill-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg.

    “Irridu nagħmluha possibbli li kulħadd f’kull moment – tifel li qed jikber fl-Indja li qatt ma kellu kompjuter – jista jmur f’ħanut, jieħu mowbajl, jidħol onlajn u jkollu aċċess għall-affarijiet kollha li jiena u inti ngawdu minnhom ta’ kuljum fl-Internet,” qal Zuckerberg f’intervista esklussiva mal-ġurnalist ta’ CNN Chris Cuomo.

    “Se jużaw l-Internet biex jiddeċiedu liema gvern jridu, ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa għall-ewwel darba, jikkuntattjaw ma’ membri tal-familja mijiet ta’ mili ’l bogħod,” jgħid Zuckerberg.

    Aktar minn 4.5 biljun persuna minn 7 biljun persuna f’din id-dinja m’għandhomx aċċess għall-Internet. L-ikbar ammonti huma fl-Eritrea (0.8%),, Timor-Leste (0.9%), u Myanmar (1.1%),. Anke fl-Istati Uniti 19% m’għandhomx aċċess għall-Internet.

    Madwar biljun persuna diġà qed jużaw Facebook. Zuckerberg jimmaġina dinja fejn kulħadd iħaddan l-istess abbiltà biex jaqsam l-opinjoni u jitkellem liberament. “Il-konnettività huwa dritt uman,” temm jgħid Zuckerberg.

    Il-fundatur ta’ Facebook jinsab f’taħditiet ma’ kumpaniji kbar teknoloġiċi bħal Nokia, Qualcomm u Samsung hekk kif sostna li diġà nefaq biljun sterlina fil-missjoni tiegħu u lest li jonfoq ħafna aktar.