“Operazzjoni f’kundizzjonijiet kefrin … fortunati li kulħadd jinsab qawwi u sħiħ” -Uffiċjal tal-AFM

    Il-Maltemp li qed jaħkem ir-reġjun tal-Mediterran wassal biex vapur li jbaħħar taħt il-bandiera Ingliża nqasam fi tnejn.

    Il-Forzi Armati ta’ Malta kienu imsejħa għall-ħabta tad-9:30 p.m tal-bieraħ biex jassistu f'ħidma ta' salvataġġ biex setgħu jiġu salvati mill-għarqa tliet membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord.

    Jidher li minħabba l-mewġ l-AFM kellhom għadma iebsa biex setgħu jwettqu din l-operazzjoni ta' salvataġġ. Intant fi stqarrija maħruġa mill-AFM uffiċjal qal li jħossuhom furtunati li għadhom ħajjin u li kienet operazzjoni differenti minn tas-soltu. Żied jgħid li meta wieħed jiftakar dawk il-kundizzjonijiet li nstabu fihom dawk it-tliet baħħara jifhem kemm kienu ffortunati li kulħadd jinsab qawwi u sħiħ.